“‘Fil-pajjiż kollu jiġri,’ jgħid il-Mulej, ‘illi tnejn minn tlieta fih jinqerdu u jintemmu, u wieħed minn kull tlieta fih jibqa’. Indaħħal it-tielet fin-nar, u nirfinieh, bħal ma nirfina l-fidda, u nipprovah bħal ma nipprova d-deheb. Huma jsejħu ismi, u jien inweġibhom. Ngħid: “Huma l-poplu tiegħi!” u huma jgħidu: “Il-Mulej hu Alla tiegħi!”’” (Żakkarija 13:8-9). Il-grazzja tibdilna f’metall prezzjuż, u mbagħad in-nar u l-forġa jiġu immedjatamet wara. Ninħasdu b’dan? Tippreferi, biex tiskansa t-tbatija, tibqa’ bla siwi, bħall-ġebel tar-raba’? Il-kumdità hi l-agħar għażla. Tagħmilx bħalma għamel Għeżaw, li ħataf skutella minestra, u ċeda l-wirt tal-familja. “Le, Mulej; nippreferu nintefgħu fil-forn milli nintefgħu bogħod mill-preżenza tiegħek!” In-nar jirfina l-metall; ma jeqirdux. Il-Mulej biħsiebu jgħaddina u joħroġna min-nar, mhux iħallina fih. Il-Mulej jagħraf il-valur ta’ niesu, u allura jixtieq jippurifikahom mill-ħmieġ tagħhom. Jekk aħna għorrief, nilqgħu dan i...