“Issa kien hemm xi Griegi fost dawk li telgħu sabiex jaduraw fil-Festa. Dawn marru għand Filippu, li kien minn Betsajda fil-Galilija, u rrikjestawh, ‘Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesù.’ Filippu mar u qal lil Indrì, imbagħad Indrì u Filippu marru u qalu ’l Ġesù. Ġesù weġibhom, ‘Waslet is-siegħa illi jkun igglorifikat Bin il-Bniedem. Tassew, tassew ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ li taqa’ fl-art ma tmutx, din tibqa’ waħidha, imma jekk tmut tipproduċi qabda frott’” (Ġwanni 12:20-24). Il-grandizza mondana taħkem fuq il-moħħ naturali, iżda meta tabilħaqq naraw lil Ġesù, bil-fidi, inkunu rridu nwarrbu minna ġugarelli tat-trabi. Għandna s-Sid smewwieti, infinitament superjuri għall-frugħat baxxi, li jgħaddu. L-essenza tal-evanġelju, l-hena tal-midinbin u l-glorja ta’ kull kredenti tikkonsisti f’did-dehra. X’inhi l-ħajja mingħajrha? Tlifna kull ġustizzja, qdusija u hena, fina nfusna; imma hawn nilmħuha lkoll, bil-Ġenna u l-glorja magħhom, restawriti għalina fi Kristu. O x’jum ...