Skip to main content

Posts

Showing posts from December, 2018

Sweet Name of Jesus

How sweet the name of Jesus sounds In a believer’s ear? It soothes his sorrows, heals his wounds, And drives away his fear. It makes the wounded spirit whole, And calms the troubled breast; ’Tis Manna to the hungry soul, And to the weary rest. Dear name! the rock on which I build, My shield and hiding place; My never–failing treas’ry filled With boundless stores of grace. By thee my prayers acceptance gain, Although with sin defiled, Satan accuses me in vain, And I am owned a child. Jesus! my Shepherd, Husband, Friend, My Prophet, Priest, and King; My Lord, my Life, my Way, my End, Accept the praise I bring. Weak is the effort of my heart, And cold my warmest thought; But when I see thee as thou art, I’ll praise thee as I ought. ’Till then I would thy love proclaim With every fleeting breath, And may the music of thy name Refresh my soul in death.         - John Newton.

Konvertiti Veri Jew Taparsi

“‘Jien hu Ġesù, li int qed tippersegwitah,’ wieġeb is-Sid. ‘Issa qum u oqgħod fuq saqajk, għax għal dan l-għan dhertlek, biex nappuntak attendent u xhud kemm tal-ħwejjeġ li rajt fija kif ukoll tal-ħwejjeġ li għad nidhirlek. Neħilsek mill-poplu tiegħek u mill-Ġentili, li għandhom jien qed nibagħtek ħalli tiftħilhom għajnejhom, biex iduru mid-dlam għad-dawl u mid-dominju ta’ Satana lejn Alla, sabiex jirċievu l-maħfra tad-dnubiet u post fost dawk imqaddsin bil-fidi fija’” (Atti 26:15-18). Għandek fidi ġenwina? It-test prammatiku li wieħed jista’ japplika huwa kif qed jittratta mad-dnub, hux qed jimmortifikah biex serjetà jew inkella jilgħab miegħu. Kulħadd jagħraf id-differenza bejn l-iżgirma u l-issarar għall-ħajja. L-ipokritu joffri biss riforma taparsi: jagħmel għagħa u fratterija sħiħa kontra dnubu filli jistqarru u jitlob dwaru, u jinqeda b’mezzi oħra, frattant qajla għandu riżoluzzjoni biex jarmih bogħod minnu. Aktarx, jaħmlu u jżommu bħala ħabibu, filwaqt li pubblikament jab

Jien Nissemma b'Ismek

“O Mulej, inti taf; ftakar fija, u ħu ħsiebi. Agħmel vendetta għalija minn dawk li jippersegwitawni; tneħħinix minħabba fis-sabar tiegħek. Kun af li jien minħabba fik mgħajjar. Hekk kif sibt kliemek, blajtu; u kelmtek kienet għalija ferħ u għaxqa ta’ qalbi; għax jien nissemma b’ismek, o Mulej, Alla tal-eżerċti. Ma qagħadtx fil-laqgħa tal-ferrieħa, u lanqas fraħt; qgħadt waħdi għax idek kienet fuqi” (Ġeremija 15:15-17).  O li kieku mhux biss nisimgħu, naqraw, nimmarkaw u nitgħallmu, iżda fil-ġewwieni tagħna niddiġerixxu l-Iskrittura Mqaddsa ħalli nobduha! Appena l-Mulej jibda jittratta mal-midneb biex iqarrbu lejh, jurih l-ewwel nett il-qagħda miskina tiegħu, midneb ikkundannat, imbagħad jurih l-eċċellenza ta’ Kristu Ibnu u s-suffiċjenza tas-sagrifiċċju mitmum tiegħu għall-maħfra. Ikompli biex jagħtih id-don tal-indiema biex jitlaq l-idoli tiegħu u jħaddan lil Kristu, it-tama unika għal ruħu. Iva, jibda jistma l-Iskrittura, il-Kelma li ħarġet minn fomm Alla, bħala l-ikel kwotidja

Alla hu Ħanin

“Nirringrazzja ’l Kristu Ġesù Sidna, li għamilni setgħan, għax ikkonsidrani fidil u appuntani f’das-servizz, avolja darba kont midgħi u persekutur u insolenti. Frattant sibt ħniena għax aġixxejt bl-injoranza u fl-inkredulità; il-grazzja ta’ Sidna tfawret fuqi, bil-fidi u l-imħabba li huma fi Kristu Ġesù. Affidabbli l-affermazzjoni u jistħoqqilha aċċettazzjoni sħiħa, illi Kristu Ġesù ġie fid-dinja biex isalva l-midinbin – li fosthom jien l-ewlieni. Iżda minħabba f’hekk sibt ħniena sabiex fija, l-ewlieni, Kristu Ġesù juri l-paċenzja kollha tiegħu bħala eżempju għal dawk li għandhom jemmnu fih għall-ħajja eterna. Issa lis-Sultan etern, immortali, inviżibbli, l-uniku Alla, ikunu unur u glorja għal dejjem ta’ dejjem. Ammen” (1 Timotju 1:12-17). Il-ħniniet t’Alla huma innumerabbli, ħniniet kemm ordinarji kif ukoll straordinarji. Għax Alla jissupplixxi n-neċessitajiet komuni tagħna, kif ukoll jagħnina bi provvista rimarkevoli li irregolarment nirċievu minn idejn Alla. Faħħru u thenna f

Żriegħ u Ħsad

“Titqarrqux: ma nistgħux immasħru ’l Alla, għax kwalunkwe ħaġa li l-bniedem jiżra’, dik ukoll se jaħsad. Min jiżra’ biex jogħġob in-natura midinba tiegħu nnifsu, minn dik in-natura se jaħsad il-korruzzjoni; min jiżra’ għall-Ispirtu mill-Ispirtu se jaħsad il-ħajja eterna. Ħa ma nintelqux nagħmlu t-tajjeb, għax fi żmien imwaqqat se naħsdu jekk ma nċedux. Hekk mela, dment li għandna l-opportunità, ħa nagħmlu l-ġid ma’ kulħadd, speċjalment ma’ dawk ta’ dar il-fidi” (Galatin 6:7-10). Iż-żriegħ donnu mhux idea tajba, għax tkun qed tarmi qamħ tajjeb fl-art biex qatt ma tarah iżjed. Tiżra’ għall-Ispirtu wkoll jidher xogħol inċert u tal-immaġinazzjoni; għax inċaħħdu lilna nfusna, u apparentement ma nieħdu xejn lura. Madankollu jekk niżirgħu fl-Ispirtu billi noqogħdu attenti li ngħixu għal Alla, infittxu nobdu r-rieda tiegħu, u nagħmlu ħilitna biex nippromwovu l-unur tiegħu, ma niżirgħux għalxejn.  Il-premju tagħna jkun il-ħajja, saħansitra ħajja eterna. Din ingawduha minn issa appena

Komunjoni m'Alla Trinità

“Pietru, appostlu ta’ Ġesù Kristu, lill-għorba tad-djaspora fil-Pontu, il-Galazja, il-Kappadoċja, l-Asja u l-Bitinja, il-magħżulin skont l-għarfa minn qabel t’Alla l-Missier, bit-taqdis tal-Ispirtu, għall-ubbidjenza lejn Ġesù Kristu u t-traxxix ta’ demmu: il-grazzja u s-sliem ikunu mmultiplikati lilkom. Imbierek ikun Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu! Skont il-miżerikordja kbira tiegħu tana twelid ġdid għal tama ħajja permezz tar-resurrezzjoni ta’ Ġesù Kristu mill-imwiet, għal wirt inkorruttibbli, mhux ikkontaminat u ma jidbielx, riżervat fis-smewwiet għalikom, li qed tkunu protetti mis-setgħa t’Alla permezz tal-fidi għal salvazzjoni lesta biex tkun irrivelata fl-aħħar żmien” (1 Pietru 1:1-5). Il-Kristjan hu neċessarjament wemmien f’Alla wieħed, li hu tliet persuni: il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Biex ikun spiritwalment b’saħħtu, ma jistax jaffordja illi jonqos minn relazzjoni bilanċjata ma’ Alla Trinità.  Jekk jittraskura lill-Missier jitlef il-fokus fuq l-istaljat

Ħsieb Fuq il-Ħbiberija

“Min jostor il-ħtija jrid il-ħbubija, iżda min itenni l-ħtija ibiegħed il-ħabib. Ħabib iħobb f’kull ħin; hu mwieled biex ikun ħuk għal waqt il-hemm. Min għandu ħafna ħbieb huma ħbieb għall-qirda tiegħu, iżda hemm ħabib li jintrabat miegħek aktar minn ħuk. Ħafna jżiegħlu b’min hu jdejh miftuħa, u kulħadd ħabib ta’ min iħobb jagħti l-għotjiet. Hut il-fqir kollha jobogħduh; kemm aktar jitbiegħu minnu ħbiebu! Hu jiġri warajhom jittallab, iżda ma jsibhomx” (Proverbji 17:9,17; 18:24; 19:6-7).  Il-ħajja m’għandha ebda barka komparabbli ma’ ħabib prudenti, li jservi ta’ ħu, missier u wieħed li tista’ tieħu parir u gwida mingħandu, u jekk hemm bżonn tbeżbiża wkoll. Ibża’ għal ħbiebek: dawn jimmiljoraw il-feliċità u jifnu l-miżerja, billi jirdoppjaw l-hena tagħna u jaqsmu l-għali f’ħobbna. Ma’ marti jien emmnut, ma’ ħabibi jien mifhum.  Naturalment, il-ħbiberija trid tkun akkumpanjata bil-virtù, u mseddqa b’moħħ ġeneruż u qalb kbira. Dan aktar u aktar meta nkunu kbirna, għax il-ħbiberija

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri indiv

L-Ispirtu s-Santu

“Jien se nirrikjesta lill-Missier, u jagħtikom Paraklitu ieħor, sabiex ikun magħkom għal dejjem. Qed ngħid għall-Ispirtu tal-verità, li d-dinja ma tistax tirċevih, għax la tarah u lanqas tafu. Iżda intom tafuh, għax jgħammar magħkom u se jkun fikom. M’inix se nħallikom bħall-orfni; se niġi għandkom. Daqsxejn ieħor u d-dinja ma taranix iżjed, imma intom għad tarawni. Għax jien ngħix, se tgħixu intom ukoll. Għidtilkom dan kollu meta għadni magħkom. Imma l-Paraklitu, l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier se jibgħat f’ismi, hu se jgħallimkom kollox u jfakkarkom kulma għidtilkom jien” (Ġwanni 14:16-19,25-26). Intellettwalment, il-bniedem naturali jista’ jottieni bosta veritajiet teoloġiċi, imma Alla jrid ikun biex jgħallimna u nagħrfu l-misterji tal-vanġelu b’manjiera spiritwali. Wieħed jista’ jara l-figuri fuq il-meridjana, iżda ma jsirx jaf x’ħin hu jekk ix-xemx ma tiddix. B’mod simili, nistgħu nsiru midħla akkademikament ma’ diversi veritajiet fil-Bibbja, bla ma nkunu nafuhom salvivikam

Kuraġġ!

“L-intenzjoni tiegħu kienet sabiex issa, permezz tal-knisja, l-għerf wisq varjat t’Alla jkun mgħarraf lill-ħakkiema u l-awtoritajiet fl-imkejjen smewwitin, skont l-għan etern li attwa fi Kristu Ġesù Sidna. Fih għandna l-kuraġġ u aċċess bil-kunfidenza permezz tal-fidi fih. Għaldaqstant nissupplikakom biex ma tiskuraġġux irwieħkom minħabba t-tribulazzjonijiet tiegħi għalikom, li huma l-glorja tagħkom” (Efesin 3:10-13). Xi wħud jikkalkolaw li l-kuraġġ huwa nofs triq bejn it-timidità u l-istupidaġni. Jgħidu wkoll li tista’ tkun galanti daqs għaxra, u b’sengħa evidenti, imma jekk ma jkollokx xorti tajba ftit jiswewlek. Possibbilment, imma l-kwistjoni ifnad minn hekk.  In-nuqqas ta’ kuraġġ jintwera l-aktar meta taf x’inhu s-sewwa u tibqa’ ma twettqux. Essenzjalment jikkonsisti filli tara l-periklu tal-ħażen, il-minaċċja tal-inikwità, u tegħlibhom, mhux iddawwar ħarstek band’ oħra. Il-kuraġġ fil-periklu hu nofs il-battalja.  L-ikbar test għall-kuraġġ tgħaddi minnu meta tissapor