Skip to main content

L-Ispirtu s-Santu

“Jien se nirrikjesta lill-Missier, u jagħtikom Paraklitu ieħor, sabiex ikun magħkom għal dejjem. Qed ngħid għall-Ispirtu tal-verità, li d-dinja ma tistax tirċevih, għax la tarah u lanqas tafu. Iżda intom tafuh, għax jgħammar magħkom u se jkun fikom. M’inix se nħallikom bħall-orfni; se niġi għandkom. Daqsxejn ieħor u d-dinja ma taranix iżjed, imma intom għad tarawni. Għax jien ngħix, se tgħixu intom ukoll. Għidtilkom dan kollu meta għadni magħkom. Imma l-Paraklitu, l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier se jibgħat f’ismi, hu se jgħallimkom kollox u jfakkarkom kulma għidtilkom jien” (Ġwanni 14:16-19,25-26).

Intellettwalment, il-bniedem naturali jista’ jottieni bosta veritajiet teoloġiċi, imma Alla jrid ikun biex jgħallimna u nagħrfu l-misterji tal-vanġelu b’manjiera spiritwali. Wieħed jista’ jara l-figuri fuq il-meridjana, iżda ma jsirx jaf x’ħin hu jekk ix-xemx ma tiddix. B’mod simili, nistgħu nsiru midħla akkademikament ma’ diversi veritajiet fil-Bibbja, bla ma nkunu nafuhom salvivikament, jekk l-Ispirtu s-Santu ma jiddix fuq ruħna. Għax jeħtiġilna mhux biss ninformaw lil moħħna, iżda r-rieda tagħna trid tkun iddrittata u mħajra tissottometti għal kulma hu miktub. 

Għaldaqstant, meta ngħidu li l-Ispirtu jrid ikun biex jinterpretalna Kelmtu stess, qegħdin nirrikonoxxu l-ministeru indispensabbli tiegħu biex naslu f’relazzjoni vitali m’Alla. Meta wieħed hu mgħallem minn Alla, allura Kelmtu japplikaha għalih innifsu. Hekk biss tagħmillu l-ġid. Issa aħna lkoll ninsabu dipendenti fuq il-Paraklitu, l-Ispirtu tal-verità, biex jiftħilna l-bieb tal-verità. Min m’għandux il-muftieħ korrett ma jirnexxilux jidħol id-dar daqs dak li m’għandux muftieħ. Anzi, f’ċertu sens, jinsab f’qagħda agħar, għax min m’għandux muftieħ jista’ jitlob għall-għajnuna, iħabbat il-bieb, jgħajjat lil min jgħammar ġewwa, biex jiftaħlu, mentri min ikun qed jafda fil-muftieħ falz jaħli ħinu jteftef bil-muftieħ bla ma jasal imkien. 

Ninsabu dipendenti fuq l-Għalliem smewwieti. B’daqshekk ma ngħatatilna ebda skuża għall-għażż. Għandna eżortazzjonijiet għall-istudju personali. “Ħabrek biex tidher quddiem Alla bħala wieħed ipprovat,” jgħid l-appostlu Pawlu lill-kollega tiegħu, “ħaddiem li m’għandux mniex jistħi, li jqassam bir-reqqa l-kelma t’Alla” (2 Timotju 2:15). Aktar kmieni jappellalu, “Irrifletti fuq dak li qed ngħid, għax is-Sid se jagħtik il-perċezzjoni f’kollox” (v.7). Ħabrek, immedita, agħmel ħiltek, kun responsabbli! Dan kollu inkluż fl-istudju serju tal-Iskrittura. Mhuwiex ix-xogħol tal-Ispirtu li jfornik bit-tifsira tal-Iskrittura, u jagħtik it-tagħrif tat-teoloġija, mingħajr studju, meditazzjoni u tfittix kif tista’ tapplikaha personalment. L-Ispirtu jbierek l-istudju tiegħek, u hekk jarrikkik fit-tagħrif. Utilizzat tajjeb, it-tagħrif ifornik bil-għerf. Bl-għerf timxi fil-mogħdijiet tas-sewwa. Jekk tirrofta l-istudju, bi skuża tas-suffiċjenza tal-Ispirtu, tkun qed tirrofta l-Iskrittura nfisha. 

Fattur ieħor essenzjali: ma tistax tippretendi li l-Ispirtu jgħallmek jekk m’għamilt xejn b’dak li diġà tak, ċoè, jekk qed tirreżisti l-ministeru tiegħu f’ħajtek. In-nar jintefa billi tferra’ l-ilma fuqu jew billi titfalux iżjed ħatab. Hekk l-Ispirtu jitberred jekk tgħix fid-dnub. Tkun qisek qed tixħet l-ilma fuq ħuġġieġa. L-istess jiġri jekk ma ttejjibx id-doni u l-grazzji tiegħek. Tkun qisek waqaft milli twaddab il-kebs fil-fuklar. 

Talba: “Spirtu Qaddis, kun int il-Gwida tiegħi, il-Paraklitu sabiex ikolli sostenn, faraġ u inkuraġġiment, sabiex nitqawwa fil-grazzja u navvanza fil-produzzjoni tal-frott illi jigglorifika lil Missieri fis-smewwiet. Urini kemm neħtieġ niddependi fuqek biex mhux biss nifhem il-verità iżda wkoll nimxi fiha. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Id-Drawwa

“Ġesù rritorna fis-setgħa tal-Ispirtu fil-Galilija, u r-rapport dwaru infirex mal-inħawi kollha. Hu għallem fis-sinagogi tagħhom, imfaħħar minn kulħadd. Mar f’Nażaret, fejn trabba, u skont id-drawwa tiegħu mar fis-sinagoga f’jum is-Sibt. U qam biex jaqra Tnewwillu l-iskroll tal-profeta Isaija. Fetaħ l-iskroll u sab il-post fejn kien hemm miktub: ‘L-Ispirtu tas-Sid fuqi għax unzjonani ħalli nxandar l-evanġelju lill-foqra. Bagħatni nipproklama l-liberazzjoni lill-ikkaptivati, u dawl mill-ġdid lill-għomja, nibgħat illiberati lill-oppressati, nipproklama s-sena favorevoli tas-Sid.’ Imbagħad gerbeb l-iskroll, raddu lill-attendent u ntnasab bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu ssommati fuqu, u beda billi qalilhom, “Illum twettqet din l-Iskrittura li għadkom kemm smajtu’” (Luqa 4:14-21).  Hu sinifikanti ħafna kif hawn jingħad illi Ġesù attenda l-qima fis-sinagoga “skont id-drawwa tiegħu.”  Id-drawwa, imħaddma tajjeb u bil-għaqal, fiha valur imprezzabbli. Issirilna t-tien

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis

Rebbieħa Ma' Kristu

“Madankollu għandi naqra ħwejjeġ kontra tiegħek: għandek hemmhekk nies li jżommu mat-tagħlim ta’ Balgħam, li għallem lil Balak biex jitfa’ ostaklu quddiem ulied Iżrael, ħalli jieklu ikel sagrifikat lill-idoli, u jiffornikaw. Hekk int għandek ukoll lil dawk li bl-istess mod iżommu mat-tagħlim tan-Nikolajtin. Indem mela! Altrimenti se niġi għandek malajr u nikkumbatti kontrihom bix-xabla ta’ fommi. Min għandu widna, ħa jisma’ x’jgħid l-Ispirtu lill-knejjes. Lil min ivinċi nagħtih mill-manna l-moħbija. Nagħtih ukoll ġebla bajda, u fuq il-ġebla isem ġdid miktub li ħadd ma jafu ħlief min jirċeviha” (Rivelazzjoni 2:14-17). Qalb tiegħi, tqanqal biex tippersevera fit-taqbida qaddisa, għax il-premju tar-rebħa hu kbir. Illum nieklu mill-ikel smewwieti li jaqa’ madwar il-kampijiet tagħna, l-ikel li dejjem imantni ’ll-pellegrini fi triqthom lejn il-Kangħan. Iżda hemm merfugħ għalina fi Kristu Ġesù ikel spiritwali wisq ogħla, ikel li għalissa għadu moħbi mill-esperjenza tagħna. Fil-ġarra deh