Skip to main content

Ħsieb Fuq il-Ħbiberija

“Min jostor il-ħtija jrid il-ħbubija, iżda min itenni l-ħtija ibiegħed il-ħabib. Ħabib iħobb f’kull ħin; hu mwieled biex ikun ħuk għal waqt il-hemm. Min għandu ħafna ħbieb huma ħbieb għall-qirda tiegħu, iżda hemm ħabib li jintrabat miegħek aktar minn ħuk. Ħafna jżiegħlu b’min hu jdejh miftuħa, u kulħadd ħabib ta’ min iħobb jagħti l-għotjiet. Hut il-fqir kollha jobogħduh; kemm aktar jitbiegħu minnu ħbiebu! Hu jiġri warajhom jittallab, iżda ma jsibhomx” (Proverbji 17:9,17; 18:24; 19:6-7). 
Il-ħajja m’għandha ebda barka komparabbli ma’ ħabib prudenti, li jservi ta’ ħu, missier u wieħed li tista’ tieħu parir u gwida mingħandu, u jekk hemm bżonn tbeżbiża wkoll. Ibża’ għal ħbiebek: dawn jimmiljoraw il-feliċità u jifnu l-miżerja, billi jirdoppjaw l-hena tagħna u jaqsmu l-għali f’ħobbna. Ma’ marti jien emmnut, ma’ ħabibi jien mifhum. 
Naturalment, il-ħbiberija trid tkun akkumpanjata bil-virtù, u mseddqa b’moħħ ġeneruż u qalb kbira. Dan aktar u aktar meta nkunu kbirna, għax il-ħbiberija hi d-dell ta’ flgħaxija, li jitqawwa mat-tramont tal-ħajja. 
Hu biss fl-avversità, però, li s-sinċerità tal-ħbieb tiġi ttestjata. Żewġt iħbieb, jgħidilna Eżopu, kienu qed jivvjaġġaw fuq l-istess triq meta għall-għarrieda ħareġ ors quddiemhom. Bla ma ħaseb dwar il-kumpann tiegħu, wieħed mill-vjaġġaturi, ilvent daqs ħawwiefa, ixxabbat ma’ siġra bil-biża’ u nħeba. L-ieħor irrealizza li ma kellu ebda ċans jeħodha mal-ors, għaldaqstant intefa’ mal-art u lagħabha taparsi mejjet, għax kien sema’ li l-orsijiet qatt ma jmissu katavru. Kif kien minxur maġenb il-mogħdija, l-ors resaq fuqu u xammimlu mnieħru, widnejh u qalbu, imma r-raġel baqa’ statwa, iżomm nifsu. Finalment, l-ors ħareġ konvint illi kien mejjet, u allura telaq. Meta l-ors ma deherx aktar, sieħbu niżel minn ġol-faxxina tas-siġra u staqsieh x’fesfislu l-ors f’widnejh, għax osserva li l-bhima kienet poġġiet ħalqha jħaxken ma’ widnet ħabibu.
“Ma kien ebda sigriet kbir,” wieġbu l-ieħor. “Sempliċement qalli biex noqgħod b’seba’ għajnejn x’kumpanija nżomm, u biex ma nafdax nies li jabbandunaw lil ħbiebhom fi żminijiet imwiegħra.”
Talba: “Tiddeskrivina bħala ħbiebek, Mulej Ġesù, għax ilqajniek bħala l-mibgħut mingħand il-Missier. Ħa tkun il-komunjoni bejnietna dejjem imsaħħa! Agħtina wkoll dixxerniment u għaqal fl-għażla ta’ ħbiebna u fil-formazzjoni ta’ relazzjonijiet ġodda. Għinna nżommu f’moħħna illi min hu ħabibna hu miġbud lejna, u min hu miġbud lejna mhux neċessarjament hu ħabibna.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...

Diskors Bid-Dehen

“La taħsibx kif tagħmel il-ħsara lil għajrek huwa u qiegħed jgħammar bla biża’ miegħek. La tiġġieled ma’ ħadd għalxejn, jekk ma għamillek l-ebda deni. Ħu offiż hu aktar iebes biex jintrebaħ minn belt qawwija, u l-ġlied bejn l-aħwa qisu staneg ta’ kastell. Aħjar tgħammar f’rokna ta’ setaħ milli ma’ mara ġellieda f’dar kbira.” (Proverbji 3:29-30; 18:19; 25:24).  Matul l-Assedju l-Kbir fl-1565, il-qawwiet Ottomani tħabtu u ssieltu biex jirbħu lil pajjiżna taħt idejhom. Għalkemm kienu ferm aktar numerużi minna, it-Torok iġġieldu għalxejn għal erba’ xhur sħaħ. Il-bliet Maltin, fortifikati bis-swar u balwardi godlija, kienu virtwalment inespjunabbli. Hekk ukoll hu diffiċli tirbaħ lura l-ħbiberija ta’ ħu offiż. Anzi, dal-proverbju jwissina li hu aktar diffiċli tirbaħ lura lil ħuk milli tegħleb belt qawwija. Ma naħsibx li dan inkiteb biex naqtgħu qalbna milli nfittxu rikonċiljazzjoni f’waqtha. Jekk wieħed jistaqsi, x’inhi r-rikonċiljazzjoni? Hi t-tieni ħbiberija. Dan jibqa’ dmir...