Skip to main content

Żriegħ u Ħsad

“Titqarrqux: ma nistgħux immasħru ’l Alla, għax kwalunkwe ħaġa li l-bniedem jiżra’, dik ukoll se jaħsad. Min jiżra’ biex jogħġob in-natura midinba tiegħu nnifsu, minn dik in-natura se jaħsad il-korruzzjoni; min jiżra’ għall-Ispirtu mill-Ispirtu se jaħsad il-ħajja eterna. Ħa ma nintelqux nagħmlu t-tajjeb, għax fi żmien imwaqqat se naħsdu jekk ma nċedux. Hekk mela, dment li għandna l-opportunità, ħa nagħmlu l-ġid ma’ kulħadd, speċjalment ma’ dawk ta’ dar il-fidi” (Galatin 6:7-10).

Iż-żriegħ donnu mhux idea tajba, għax tkun qed tarmi qamħ tajjeb fl-art biex qatt ma tarah iżjed. Tiżra’ għall-Ispirtu wkoll jidher xogħol inċert u tal-immaġinazzjoni; għax inċaħħdu lilna nfusna, u apparentement ma nieħdu xejn lura. Madankollu jekk niżirgħu fl-Ispirtu billi noqogħdu attenti li ngħixu għal Alla, infittxu nobdu r-rieda tiegħu, u nagħmlu ħilitna biex nippromwovu l-unur tiegħu, ma niżirgħux għalxejn. 

Il-premju tagħna jkun il-ħajja, saħansitra ħajja eterna. Din ingawduha minn issa appena niddaħħlu fl-għarfien t’Alla permezz ta’ Ibnu, u nimxu miegħu f’komunjoni. Dil-ħajja tnixxi u titwessa’ iżjed u iżjed bħal xmara li dejjem tikber, sakemm twassalna fl-oċean ta’ tgawdija infinita, fejn il-ħajja t’Alla hi tagħna għal dejjem ta’ dejjem. 

Ħa ma niżirgħux illum għal ġisimna, għax inkella l-ħsad ikun taħsir u ntiena, peress li l-ġisem korruzzjoni biss jirrendi. B’rebħa qaddisa fuqna nfusna ejjew ngħixu b’intenzjoni għolja, pura u spiritwali, u nfittxu nonoraw lill-Mulej Alla tagħna billi nċedu għall-Ispirtu grazzjuż tiegħu. Xi ħsad ikun dak meta naħsdu l-ħajja eterna! X’qatet ta’ tgawdija dejjiema niġbru fil-maħżen tagħna! X’festa jkun fih dak il-ħsad! 

Talba: “Mulej, aħna rċevejna b’xejn; agħtina l-kuraġġ nagħtu b’xejn. Sawwarna kulma jmur fi strumenti qaddisa u utli tiegħek. Agħmilna ħassada kbar billi minn issa niżirgħu l-Kelma tas-sewwa tiegħek, b’kull perseveranza, b’dipendenza fuqek biex tkabbar, għall-glorja ta’ ismek stess. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...