“Ikel bil-kotra tagħti x-xagħra maħduma tal-fqir, iżda dan kollu jista’ jintilef minħabba nuqqas ta’ ġustizzja. Aħjar ftit bis-sewwa minn kotra ta’ dħul bla ġustizzja. Il-fqir mibgħud imqar minn qrabatu, iżda dawk li jħobbu l-għonja huma bil-kotra. Mhux sewwa tikkundanna lil min hu ġust, u ssawwat nies ta’ ġieħ minħabba s-sewwa tagħhom” (Proverbji 13:23; 14:20; 16:8; 17:26). “Il-fqir mibgħud imqar minn qrabatu.” Dal-proverbju hu stampa ta’ mistħija. Jurina l-egoiżmu prevalenti fl-umanità. Il-fqar, għax huma fqar, jisfaw imwarrbin saħansitra minn dawk li suppost huma qrabathom. Huwa minnu li sikwit il-bniedem, bi stupidaġni, ifaqqar lilu nnifsu. Il-povertà faċilment tista’ tinstab bħala l-effett dirett u l-konsegwenza tad-dnub u l-vizzju. Is-sakranazz jixrob ġidu stess, bħalma jagħmel it-tazza bl-inbid, sal-qiegħ nett, u ma jħalli xejn. Il-mara vanaglorjuża xxidd ġidha madwarha, fl-ilbies lussuż li fuqu taħli ġidha. Min hu llampikat għal-logħob tal-ażżard jispiċċa biex j...