Skip to main content

Posts

Sħab Sewdieni u Sabiħ

“Meta s-sħab ikun mimli xita, iferrgħuha fuq l-art; u jekk taqa’ siġra, lejn Nofsinhar jew lejn it-Tramuntana, fejn taqa’ tibqa’. Min joqgħod għassa tar-riħ ma jiżra’ qatt; u min joqgħod iħares lejn is-sħab, ma jaħsadx. Bħalma ma tafx it-triq tar-riħ u kif isir l-għadam fil-ġuf ta’ mara tqila, hekk int ma tafx għemil Alla li jagħmel kollox” (Ekkleżjażti 11:3-5). Għaliex, mela, nitkexkxu mis-sħab li bħalissa qed idallam is-sema tagħna? Veru, għal ftit ħin jaħbi x-xemx, iżda b’daqshekk ix-xemx ma tintefiex. Ma jdumx ma terġa’ tiddi. Sadattant dak is-sħab iswed hu mimli xita. Iżjed mhu suwed, iżjed irodd raxxiet kotrana. Kif jista’ jkollna xita mingħajr sħab? Il-gwaj tagħna dejjem ġabilna barkiet, u jibqa’ jipproduċilna barkiet. Huwa l-karru mudlam tal-grazzja leqqiena. Dan is-sħab jitbattal fi żmien qasir, u kull ħaxixa tar-raba’ tistejqer bl-ilma tiegħu. Alla tagħna jista’ jxarrabna għasra bl-għali, iżda ma jgħarraqniex bl-għadab; anzi, jiffriskana bil-ħniena.  Aktar ...

Nitlob u Nistenna

“Imbagħad Ġesù qalilhom parabbola ħalli jurihom illi huma dejjem jeħtieġ jitolbu u ma jintelqux. Qal: ‘Kien hemm wieħed imħallef f’ċerta belt li la kien jibża’ minn Alla u lanqas jirrispetta lill-bniedem. U kien hemm armla f’dik il-belt li baqgħet tiġi għandu u tgħidlu, “Agħmilli ħaqq mill-avversarju tiegħi.” Għal xi żmien irrifjuta, imma finalment qal fih innifsu, “Għalkemm la nibża’ minn Alla u lanqas nirrispetta lill-bniedem, madankollu, minħabba li din l-armla qed tissokta tħabbatni, se jkolli nagħmlilha ġustizzja, ħalli ma tibqax tiġi kontinwament u tispiċċa biex teżawrini.”’ U s-Sid qal, ‘Isimgħu x’jgħid l-imħallef inġust. U ewwilla Alla mhux se jagħmel ġustizzja għall-magħżulin tiegħu, li jgħajtulu nhar u lejl? Se joqgħod itawwalha magħhom? Ngħidilkom, se jara li jiksbu ġustizzja, u fil-pront. Madankollu, meta jiġi Bin il-Bniedem, se jsib fidi fuq l-art?’” (Luqa 18:1-8). It-talb fih privileġġi. Ruħ mixħuta quddiem it-tron tal-grazzja qatt ma tista’ tkun miżerabbli ħafna,...

Għix il-Ħajja tas-Salib

“Malli l-għaxra semgħu dan, bdew isiru indignati għal Ġakbu u Ġwanni. Ġesù sejħilhom lejh u qalilhom, ‘Tafu illi dawk rikonoxxuti bħala ħakkiema fuq il-Ġentili jiddominaw fuqhom, u l-kbarat tagħhom jeżerċitaw awtorità sħiħa fuqhom. Imma mhuwiex hekk fostkom; anzi, kull min irid isir kbir fostkom għandu jkun serv tagħkom, u kull min irid ikun l-ewwel fostkom għandu jkun ilsir ta’ kulħadd. Għax saħansitra Bin il-Bniedem ma ġiex biex ikun servut, iżda biex iservi u biex jagħti ħajtu bħala riskatt għal ħafna’” (Mark 10:41-45).  It-tagħlim l-iżjed radikali ta’ Ġesù kien it-taqliba totali tal-idea kontemporanja dwar min għandu jitqies bħala kbir. It-tmexxija tinstab filli wieħed isir serv ta’ kulħadd. Il-poter hu skopert fis-sottomissjoni. Is-simbolu prominenti ta’ din is-servitudni radikali hu s-salib. Ġesù umilja lilu nnifsu; ma qagħadx ifittex min se jaqdih. Aktarx ħa l-inizjattiva u qeda hu. Sefter kontinwament sal-punt illi sar ubbidjenza sal-mewt, anzi sa mewt fuq l-għuda ta...

X'Int?

“Imbagħad Ġesù qalilhom, ‘Dal-lejl intom ilkoll se tkunu offiżi minħabba fija. Għax hu miktub: “Se nolqot lir-ragħaj u jitferrxu n-nagħaġ tal-merħla.” Imma wara li nkun irxoxtat, immur qabilkom fil-Galilija.” Pietru rrispondih, ‘Imqar jekk kulħadd se jkun offiż minħabba fik, jien qatt mhu se nkun offiż.’ ‘Tassew ngħidlek,’ qallu Ġesù, ‘f’dal-lejl stess, qabel ma jidden is-serduq, tiċħadni tliet darbiet.’ Iżda Pietru ddikjara, ‘Anke jekk ikun jeħtieġli mmut miegħek, qatt mhu se niċħdek!’ L-istess ħaġa wkoll qalu d-dixxipli kollha” (Mattew 26:31-35). Meta nkunu maħsudin, ħabta u sabta, ninkixfu minn tabilħaqq aħna. Jekk għandek il-ġrieden u firien fil-kantina, iċ-ċans li tarahom huwa jekk tinżel fil-kantina għall-għarrieda. L-entratura tiegħek għall-għarrieda ma toħloqx il-ġrieden, imma biss ma ħallitilhom ebda opportunità biex jistaħbew. Bl-istess mod, l-aħjar evidenza għal x’tip ta’ persuna int tinsab fir-reazzjoni tiegħek meta ma tkunx viġilanti. Pereżempju, provokazzjoni fid-d...

Ħolqien Ġdid

“L-imħabba ta’ Kristu tikkontrollana, billi kkonkludejna dan, illi wieħed miet għal kulħadd, u għalhekk ilkoll mietu. U miet għal kulħadd, sabiex dawk li jgħixu ma jmisshomx jgħixu iżjed għalihom infushom, iżda għal dak li miet għalihom u kien irxoxtat. Għalhekk aħna, minn issa ’l quddiem, ma nistmaw lil ebda wieħed minn perspettiva mondana. Għalkemm darba stmajna lil Kristu minn perspettiva mondana, madankollu issa ma nafuhx iżjed hekk. Għalhekk, jekk xi ħadd hu fi Kristu, hu ħolqien ġdid. Il-ħwejjeġ qodma għaddew; ara, saru ġodda! Dan kollu hu mingħand Alla, li rrikonċiljana miegħu nnifsu permezz ta’ Kristu u tana l-ministeru tar-rikonċiljazzjoni, ċoè, Alla kien qed jirrikonċilja d-dinja miegħu nnifsu fi Kristu, bla ma jgħodd l-offiżi tagħhom kontrihom. U kkommettielna l-kelma tar-rikonċiljazzjoni” (2 Korintin 5:14-19). Irridu naħsbu bil-ħsieb t’Alla biex niġu f’postna. Il-problema u l-isfida hi waħda: ħsibijietu radikalment differenti minn ħsibijietna. Ma tistax tersaq lejn A...

Tajjeb il-Melħ

“Wara li f’okkażżjoni minnhom inġema’ magħhom, ordnalhom biex ma jitilqux minn Ġerusalemm, iżda jistennew il-wegħda tal-Missier ‘li smajtu mingħandi,’ qalilhom, ‘għax Ġwanni għammed bl-ilma, imma intom se titgħammdu bl-Ispirtu s-Santu wara daqsxejn jiem oħra.’ Għalhekk meta dawn inġabru flimkien staqsewh, ‘Ja Sid, f’daż-żmien se tirrestawra s-saltna lil Iżrael?’ Weġibhom, ‘Mhux għalikom biex tkunu tafu ż-żminijiet jew l-istaġuni illi l-Missier iffissa bl-awtorità tiegħu stess. Iżda intom se tirċievu s-setgħa meta jiġi l-Ispirtu s-Santu fuqkom, u tkunu xhieda tiegħi f’Ġerusalemm, u fil-Ġudea kollha u s-Samarija, u saħansitra sa truf l-art’” (Atti 1:4-8).  Id-dixxipli ta’ Ġesù oriġinarjament għammru f’rokna remota tal-Imperu Ruman. La kellhom prestiġju u lanqas pożizzjoni soċjali, la kellhom flus u lanqas riżorsi, la kellhom poter u lanqas influwenza, u qajla kellhom edukazzjoni formali. Konsegwentement, mill-punto di vista umana, iċ-ċans illi jibqgħu bla ma jisfaw estinti kie...

Is-Sapport tas-Sema

“Ikkonsidrawh kollu ferħ, ħuti, kull meta tiffaċċjaw tiġrib varju, billi tafu illi l-ipprovar tal-fidi tagħkom jiżviluppa l-perseveranza. U ħa jkollha l-perseveranza r-riżultat perfett tagħha, sabiex tkunu perfetti u kompluti, bla mankanza f’xejn. Jekk xi ħadd minnkom jonqsu l-għerf, ħa jissupplikah mingħand Alla, li jagħti ’l kulħadd ġenerożament u bla ma jirrimprovera, u jkun mogħti lilu. Imma jmissu jissupplika bil-fidi bla ma jiddubita xejn, għax min jiddubita donnu ħalla tal-baħar, misjuqa u mxewlħa mir-riħ.” (Ġakbu 1:2-6). Bħalma l-bidwi jieħu ħsieb l-għoros (xitel ċkejkna), u jipproteġihom bl-ilqugħ biex ma jitqaċċtux, iżda meta jrabbu l-għeruq sew u jissodaw, ineħħilhom l-ilqugħ u jħalli jfendu għall-irjieħ u l-maltemp, hekk Alla jgħasses lil uliedu b’sigurezza ta’ konforti ġewwiena, iżda mbagħad, kif jarmaw jikbru, jesponihom għall-irwiefen, għax ikunu jifilħu jġarrbuhom. Mela ħa ma naħsbux illi nkunu aħjar jekk ninsabu ħielsa minn kull saram u tfixkil. Jekk l-andament...