Skip to main content

Posts

Imħabba fil-Prattika

“L-imħabba hi paċenzjuża, l-imħabba beninna. Mhix ġeluża; l-imħabba ma tiftaħarx biha nfisha u mhix kburija. Ma taġixxix indeċentement, ma tfittixx l-interessi tagħha nfisha, mhix irritata faċilment, ma tirrekordjax il-ħażen immirat kontriha. L-imħabba ma tifraħx bl-inġustizzja, imma tifraħ flimkien mal-verità. Iġġerragħ kollox, temmen kollox, tittama kollox, tippersevera f’kollox. L-imħabba qatt ma tispiċċa. Imma sew jekk hemm doni ta’ profeziji, għad ikunu aboliti; jew ilsna, għad jehdew; jew tagħrif, għad jkun abolit” (1 Korintin 13:4-8). L-imħabba hi l-ispirazzjoni, l-omm, is-sustanza, u l-għerq tal-virtujiet kollha. Kull min jikklejmja li għandu xi relazzjoni vitali mal-Ħallieq tiegħu jħobb ukoll il-ħlejjaq tiegħu, bħalma ma tistax tħobb lil ħabibek mingħajr ma tħobb lil uliedu, avolji jistgħu jkunu mqarbin.  B’daqshekk m’aħniex ngħidu li huwa suffiċjenti tagħti l-farka kultant; insapportabbli naraw il-faqar jiddependi fuq il-karità, u jibqa’ jissussisti minħabba l-...

Il-Verità

“Żomm il-mudell ta’ kliem korrett li smajt mingħandi, fil-fidi u l-imħabba fi Kristu Ġesù. Għasses id-depożitu t-tajjeb fdat lilek permezz tal-Ispirtu s-Santu li jgħammar ġewwa fina...Fakkarhom f’dawn il-ħwejjeġ. Wissihom solennement quddiem Alla biex ma jinstarmux f’tilwim dwar kliem li mhu utli għalxejn, ħlief li jwassal għar-rovina tas-semmiegħa. Ħabrek biex tippreżenta lilek innifsek quddiem Alla bħala wieħed approvat, ħaddiem li m’għandux mniex jistħi, li jittratta b’akkuratezza l-kelma tal-verità” (2 Timotju 1:13-14; 2:14-15). M’hemm ebda pedament ieħor għall-knisja ħlief Ġesù. Fuqu, fuq il-verità evanġelika proklamata dwaru, il-knisja ssib is-sigurtà u l-futur tagħha, sakemm tibqa’ żżomm sħiħ id-depożitu sabiħ li rċeviet bħala l-partiketta u l-pilastru tal-verità. Il-prinċipji mgħallma lilha hi obbligata tgħaddihom lid-dinja. Huma immutabbli u universali, u għaldaqstant impossibbli tixjieħ jew issir skaduta. Hi s-soċjetà maħtura, għal kull epoka u lokalità, għal kull qagħ...

L-Għażla t'Alla u d-Dmir Tiegħi

“Aħna jmissna dejjem nirringrazzjaw ’l Alla għalikom, l-aħwa maħbubin mis-Sid, għax Alla għażilkom mill-bidu għas-salvazzjoni permezz tas-santifikazzjoni tal-Ispirtu u fidi fil-verità, li għaliha sejħilkom permezz tal-evanġelju tagħna, għall-otteniment tal-glorja ta’ Sidna Ġesù Kristu. Hekk mela, l-aħwa, ieqfu sħiħ, u aqbdu sod mat-tradizzjonijiet li kontu mgħallmin, sew jekk bid-diskors jew b’epistola tagħna. M’hemmx li Sidna Ġesù Kristu nnifsu u Alla Missierna, li ħabbna u tana faraġ etern u tama tajba bil-grazzja tiegħu, jinkuraġġixxi qlubkom u jistabbilikom f’kull opra u kelma tajba” (2 Tessalonkin 2:13-17). Ultimament, jekk ikollna mmorru f’ras il-għajn, hu rivelat lilna illi l-ħajja eterna ngawduha minħabba l-għażla divina. Alla l-Missier għażel nies għas-salvazzjoni eterna għax kien jafhom minn qabel, ċoè ħabbhom. Innota, “jafhom minn qabel,” mhux jaf xi ħaġa dwarhom minn qabel; mhux għax kien jaf li se jemmnu fih, jew se jindmu, jew kellhom rieda tajba, iżda għażilhom g...

Lejn l-Unità fil-Fidi

“F’dawn id-direttivi li ġejjin ma nfaħħarkomx, għax tinġabru flimkien mhux għall-aħjar iżda għall-agħar. L-ewwel nett, nisma’ li meta tinġabru flimkien bħala knisja, jeżistu diviżjonijiet fostkom, u parzjalment nemmnu dan. Infatti jeħtieġ ikun hemm fazzjonijiet fostkom sabiex l-approvati minn Alla jsiru manifesti fostkom” (1 Korintin 11:17-19). Mhux faċli tidentifika lilek innifsek ma’ moviment, li għalkemm mondjali fil-firxa, jagħti impressjoni ta’ kontradizzjonijiet, dissens u nuqqas ta’ fehma u unità. Imma Alla jaf jumiljana, u kulħadd għandu l-għan tiegħu. Fl-aħħar mill-aħħar, il-bini tal-knisja hu xogħol għadu għaddej, mhuwiex lest. Għadna qegħdin nikbru biex korporalment insiru bħal raġel fl-aħjar ta’ żmienu, fil-fidi, fl-imħabba, fil-għaqda fraterna. Min qal li wasalna? M’inix b’daqshekk qed niskuża l-firdiet u n-nuqqas ta’ qbil dottrinali. Altru! Dawn ir-realtajiet idejquna u jiskormentawna. Denominazzjonijiet għandna aktar minn biżżejjed, u jkun dnub waħħaxi taqsam ...

Il-Mannara

“Min jimxi dritt jimxi bla biża’, iżda min jgħawweġ triqatu jinqabad. Miżien qarrieq jistkerrhu l-Mulej, iżda wżin sħiħ hu l-għaxqa tiegħu. L-integrità tan-nies retti tmexxihom, iżda l-ħżunija tal-qarreqin teqridhom. Aħjar il-fqir li jimxi fis-sewwa tiegħu milli wieħed imħassar fi kliemu, u iblah. Ir-raġel ġust jimxi fis-sewwa tiegħu; uliedu huma henjin warajh” (Proverbji 10:9; 11:1,3; 19:1; 20:7).  Alla ġust; fil-liġi jgħallem lill-poplu tiegħu biex jimxu b’ġustizzja, onestà u integrità bejniethom. “La tqarrqux fil-ħaqq tagħkom, fil-qjies, fl-użin jew fil-kejl. Għandu jkollkom miżien sewwa, użin sewwa, efa sewwa u hin sewwa” (Levitiku 19:36). Madwarna nsibu qerq u diżonestà kontinwa. Kulħadd jiġbed lejn xawwatu bla ma jħabbel rasu għal ħaddieħor. Ħafna saru sinjuri għad-dannu tal-oħrajn. B’kuntrast, ulied Alla msejħin biex ma jaqblux ma’ did-dinja u l-pattern ta’ ħsibijietha. Avolja jekk kulħadd inassas u jipprova jinganna b’sieħbu, ħalli aħna d-dixxipli ta’ Ġesù Kristu...

Bid-Dawl Jiddi Minnek

“Intom il-melħ tal-art. Imma jekk il-melħ jaqta’, b’xiex se jerġa’ jitmellaħ? Għalxejn ma jgħodd iżjed ħlief biex jinxteħet barra u jintrifes mill-bnedmin. Intom dawl id-dinja. Belt imqiegħda fuq għolja ma tistax tinħeba, lanqas ma jixegħlu lampa u jqegħduha taħt il-modd, iżda fuq l-istend, u ddawwal lil dawk kollha fid-dar. Hekk ħallu dawlkom jiddi quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-atti tajbin tagħkom u jigglorifikaw lil Missierkom fis-smewwiet” (Mattew 5:13-16). L-ewwel u qabelxejn irridu naħsbu korrett: dan hu l-ewwel prinċipju tal-ħajja morali. Il-ħsieb ikun ittemprat, mixħut fid-direzzjoni t-tajba, jekk nagħrfu njassru l-ispekulazzjonijiet li jimmilitaw kontra t-tagħrif t’Alla, u nwaqqgħu l-argumenti karnali u kull kburija li tarroga l-post tal-fidi. Għax ma jista’ jkun hemm ebda moralità aċċettabbli mingħajr fidi fi Kristu, u l-fidi fih hi noneżistenti jekk mhix abbinata ma’ ħajja etika. Mingħajr moralità l-bniedem hu sħaba bla ilma, siġra bla frott. Kristu jgħaqqadna mal-Mi...

L-Għan t'Alla

“Lill-anġlu tal-knisja f’Sardi ikteb: ‘Dawn il-ħwejjeġ jgħid dak li għandu s-seba’ Spirti t’Alla u s-seba’ kwiekeb. Naf l-għemejjel tiegħek; int għandek reputazzjoni illi tgħix, frattant int mejjet. Stenbaħ! Issoda l-ħwejjeġ li jibqa’ u li appik ħa jmutu, għax ma sibtx l-opri tiegħek kompluti f’għajnejn Alla tiegħi. Mela ftakar x’irċevejt u xi smajt. Żommu, u indem. Però jekk ma tistenbaħx, se niġik bħal ħalliel, u ma tkunx taf f’liema siegħa niġi fuqek.Frattant għandek ftit persuni f’Sardi li ma ċappsux ilbieshom. Se jimxu miegħi f’ilbiesi bojod, għax huma denji. Min ivinċi jkun hekk imleffef f’ilbiesi bojod. Qatt mhu se nħassar ismu minn ktieb il-ħajja, imma nistqarrlu ismu quddiem Missieri u quddiem l-anġli tiegħu. Min għandu widna, ħa jisma’ x’jgħid l-Ispirtu lill-knejjes’” (Rivelazzjoni 3:1-6). L-għan t’Alla, daqskemm hu żgur, hu immutabbli. Mhux il-bniedem jagħżel lil Alla, iżda Alla jagħżel lilna, bla ma jerġa’ jibdielu. Lil dawk li għażilhom, ħalaqhom, ippreparahom, sejħ...