“It-tielet darba din li ġej għandkom. ‘Fuq l-evidenza ta’ żewġ xhieda jew tlieta tkun stabbilita kull materja.’ Avvertejtkom diġà meta kont preżenti t-tieni darba, u avolja issa assenti se nwissi minn qabel lil dawk li dinbu fil-passat u lill-oħrajn kollha, illi jekk nerġa’ niġi, m’inix se niffrankahielhom, ġaladarba qed tiddomandaw prova illi Kristu qed jitkellem bija. Mhuwiex dgħajjef fit-trattament tiegħu magħkom, iżda setgħan fostkom. Għax tabilħaqq issallab fid-dgħufija, frattant jgħix bis-setgħa t’Alla. Aħna wkoll dgħajfin fih, iżda se ngħixu miegħu bis-setgħa t’Alla diretta lejkom biex inservukom” (2 Korintin 13:1-4). Pawlu ma kienx lest iċedi l-awtorità appostolika fuq il-knisja, hi liema hi. Ma kienx faċilment se jħalli xogħol il-Mulej itir mar-riħ, turija tad-dmir u l-interess qawwi li kellu fis-safa, fil-qawwa spiritwali u l-perseveranza tagħhom. L-ekwivalenti għal-lum hija s-supremazija tal-Iskrittura fuq kull sfera ta’ ħajjitna, sewwa jekk x’nemmu jew kif inġibu...