“Hieni min ħtijietu maħfura, min dnubu mistur. Hieni l-bniedem li l-Mulej ma jgħoddlu l-ebda ħtija, u li fl-ispirtu tiegħu m’hemm l-ebda qerq. Meta bqajt sieket, għadmi ntemm bil-krib tiegħi l-jum kollu. Għax lejl u nhar idek tqalet fuqi; saħħti nfniet bħal f’nixfa tas-sajf. Stqarrejtlek dnubi, u l-ħażen tiegħi jien ma ħbejtx. Jien għidt: ‘Nistqarr ħtijieti lill-Mulej,’ u int ħfirtli l-ħażen ta’ dnubi” (Salmi 32:1-5). Jekk nammettu dnubietna, sinċerament, serjament u bl-umiltà, il-Mulej jingassa d-dejn tagħna kontra tiegħu. Homo agnoscit, Deus ignoscit – il-bniedem jistqarr, Alla jaħfer. L-istqarrija tad-dnub trid tkun imġonġija mal-qatla tad-dnub, altrimenti kollox jintilef. Nitilfu lil Alla, nitilfu lis-Salvatur, nitilfu l-Ġenna, nitilfu ruħna stess. Il-penitent veru kapaċi jgħid, ma’ Vivaldus, “Ma naħbix dnubieti, iżda nurihom; ma niskużahomx, iżda nakkużahom.” Peccata enim non nocent, si non placent – dnubieti ma jagħmlulix ħsara jekk ma jogħġbunix. Il-bidu tas-salv...