Skip to main content

Ammetti

“Hieni min ħtijietu maħfura, min dnubu mistur. Hieni l-bniedem li l-Mulej ma jgħoddlu l-ebda ħtija, u li fl-ispirtu tiegħu m’hemm l-ebda qerq. Meta bqajt sieket, għadmi ntemm bil-krib tiegħi l-jum kollu. Għax lejl u nhar idek tqalet fuqi; saħħti nfniet bħal f’nixfa tas-sajf. Stqarrejtlek dnubi, u l-ħażen tiegħi jien ma ħbejtx. Jien għidt: ‘Nistqarr ħtijieti lill-Mulej,’ u int ħfirtli l-ħażen ta’ dnubi” (Salmi 32:1-5).

Jekk nammettu dnubietna, sinċerament, serjament u bl-umiltà, il-Mulej jingassa d-dejn tagħna kontra tiegħu. Homo agnoscit, Deus ignoscit – il-bniedem jistqarr, Alla jaħfer. L-istqarrija tad-dnub trid tkun imġonġija mal-qatla tad-dnub, altrimenti kollox jintilef. Nitilfu lil Alla, nitilfu lis-Salvatur, nitilfu l-Ġenna, nitilfu ruħna stess. 

Il-penitent veru kapaċi jgħid, ma’ Vivaldus, “Ma naħbix dnubieti, iżda nurihom; ma niskużahomx, iżda nakkużahom.” Peccata enim non nocent, si non placent – dnubieti ma jagħmlulix ħsara jekk ma jogħġbunix. Il-bidu tas-salvazzjoni tiegħi huwa t-tagħrif tat-trasgressjoni tiegħi. 

“Min isalva ħajtu jitlifha” (Mattew 16:25). Hawn għandna wieħed mill-paradossi li jiżvolġu mill-evanġelju. Sakemm nibqa’ awtonomu, bla ma ndur lejn Alla fi ndiema sinċiera, nassumi illi l-karattru pjaċevoli u ċivili tiegħi huwa, fis-sew u bir-raġun, tiegħi, bħallikieku sawwartu jien bl-isforz morali tiegħi. Kemm indum b’dil-mentalità t-tajjeb tiegħi mhuwiex magħdud bħala tiegħi. Attwalment hi l-grazzja komuni li topera fl-umanità kollha illi wasslitni safejn wasalt. 

Biss meta nirrealizza li s-simpatija u kwalunkwe ħaġa pożittiva fija mhijiex tiegħi, iżda hi għotja mingħand Alla, sforz il-benevolenza tiegħu lejn ulied il-bnedmin, f’dak l-istadju nkun bdejt biex nieħu l-evanġelju bis-serjetà li jixraqlu. Meta noffri lili nnifsi u bil-fidi nqiegħed lili nnifsi għad-dispożizzjoni ta’ Ġesù s-Sid, f’dak il-waqt it-tjieba tibda ssir tiegħi. L-uniċi affarijiet li nistgħu nżommu huma l-affarijiet li nagħtuhom lil Alla liberament. Kulma nżommu għalina nfusna hu proprjament dak li ċertament għad nitilfu. 

“Min jaħbi dnubietu ma jkollux risq, iżda min jistqarrhom u jabbandunahom isib il-ħniena” (Proverbji 28:13).

Talba: “Impossibbli ninħbew wara subgħajna, Mulej! Int tgħarbilna u tagħrafna; taf id-dħul u l-ħruġ tagħna; taf ħsibijietna mill-bogħod. Nitolbuk sabiex inkunu realistiċi quddiemek, bla ma nipprovaw nilagħbuha ta’ xi ħaġa li m’aħniex jew nippożaw għall-approvazzjoni ta’ ħaddieħor. Miegħek għandna x’naqsmu, o Missier. Agħtina s-sensibbiltà biex nikxfu lilna nfusna quddiemek – għax nafu illi int mimli bil-maħfra, minħabba Ibnek, is-Salvatur tagħna. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...