Skip to main content

Posts

Mibegħda u Mħabba

“La żżommx lilek innifsek b’għaref; ibża’ mill-Mulej u warrab mill-ħażen. Il-biża’ tal-Mulej hi l-mibegħda tal-ħażen: it-tkabbir, l-arroganza, l-imġiba ħażina u l-fomm giddeb nobgħodhom. Il-biża’ tal-Mulej hu l-bidu tal-għerf, u li tagħraf lill-Qaddis hu dehen. Fil-biża’ tal-Mulej hemm tama qawwija, u wliedu jsibu l-kenn. Il-biża’ tal-Mulej għajn tal-ħajja, biex wieħed jeħles minn xbiek il-mewt. Bit-tjieba u l-verità jitpatta l-ħażen, u bil-biża’ tal-Mulej jinħarab il-ħażen (Proverbji 3:7; 8:13; 9:10; 14:26-27; 16:6). Fis-sistema li minnha nagħmlu parti, il-mibegħda ma tehdiex bil-mibegħda; il-mibegħda tixxejjen biss bl-imħabba. Kurjuża din – l-imħabba u l-mibegħda huma qraba tad-demm, u l-mibegħda l-aktar pessma titnissel mill-ikbar imħabba. U bħalma jgħidu li l-imħabba għamja, kemm aktar il-mibegħda! L-imħabba għall-virtù timplika l-istmerrija tal-vizzju. L-imħabba lejn Alla tinvolvi d-detestazzjoni tad-dnub. M’hemm ebda ħażen spiritwali sottili fil-fatt li s-sikrana, il-m...

Ersaq b'Qalb Niedma

“Meta tiġu biex tidhru quddiemi, min talabkom dan mingħandkom, li tirfsu fil-btieħi tiegħi? La ġġibux iżjed offerti għalxejn; l-inċens tagħkom nistkerrhu, il-qamar ġdid u s-Sibt, u li ssejħu l-laqgħat. Jien ma niflaħx għall-ħażen magħqud mal-laqgħat solenni. L-ewwel tax-xhur tagħkom, u l-festi mwaqqtin tagħkom, ruħi tobgħodhom; dawn saru tagħbija għalija; għejjejt nerfagħhom. Għalhekk xħin tmiddu jdejkom biex titolbu, naħbi għajnejja minnkom; iva, meta tagħmlu ħafna talb, jien ma nismax. Idejkom mimlijin demm! Inħaslu, tnaddfu; neħħu l-ħażen ta’ għemilkom minn quddiem għajnejja; ieqfu mill-ħażen. Tgħallmu agħmlu t-tajjeb; fittxu l-ġustizzja; agħmlu hieni lill-imgħakkes; agħmlu ġustizzja lill-iltim; aqbżu għall-jedd tal-armla” (Isaija 1:11-17).  Ħafna huma n-nies reliġjużi li mhumiex milqugħin minn Alla. Għalkemm jippretendu li jagħrfuh, Alla jiddistakka ruħu minnhom. “Għall-ikkontaminati u l-miskredenti xejn mhu pur, anzi kemm il-moħħ kif ukoll il-kuxjenza tagħhom huma kkont...

Il-Vanġelu Appostoliku

“Imma aħna jmissna dejjem nirringrazzjaw ’l Alla għalikom, l-aħwa maħbubin mis-Sid, għax Alla għażilkom mill-bidu għas-salvazzjoni permezz tas-santifikazzjoni tal-Ispirtu u fidi fil-verità, li għaliha sejħilkom permezz tal-evanġelju tagħna, għall-otteniment tal-glorja ta’ Sidna Ġesù Kristu. Hekk mela, l-aħwa, ieqfu sħiħ, u aqbdu sod mat-tradizzjonijiet li kontu mgħallmin, sew jekk bid-diskors jew b’epistola tagħna. M’hemmx li Sidna Ġesù Kristu nnifsu u Alla Missierna, li ħabbna u tana faraġ etern u tama tajba bil-grazzja tiegħu, jinkuraġġixxi qlubkom u jistabbilikom f’kull opra u kelma tajba” (2 Tessalonkin 2:13-17). Dħalt f’saltnet il-Mulej, jew għadek barra? Smajt biss, bla ma ħadt azzjoni? Irraġuna hekk ma’ ruħek: jien nemmen l-evanġelju, allura jien magħdud ġust quddiem Alla bil-merti t’Ibnu, li ħallas il-penali minfloki. Jien ġustifikat, allura għandi bażi soda biex inkun santifikat għal Alla tiegħi. Jien santifikat, allura naf li jien imsejjaħ. Jien imsejjaħ, allura bilfo...

Il-Valur tal-Kuxjenza

“Obdu lill-mexxejja tagħkom, u ssottomettu għalihom, għax huma jinviġilaw fuq erwieħkom, bħala dawk li għad iroddu kont. Obduhom sabiex jagħmlu dan bil-ferħ, u mhux jokorbu, għax inkella dan ikun svantaġġuż għalikom. Itolbu għalina, għax aħna ċerti illi għandna kuxjenza tajba, u f’kollox nixtiequ nġibu ruħna b’mod onorabbli. Neżortakom iżjed bil-kotra biex tagħmlu dan, sabiex inkun irrestawrit lilkom iżjed malajr” (Ebrej 13:17-19). Jibqa’ l-fatt sfortunat illi hawn min kultant ibiegħ il-kuxjenza tajba tiegħu għall-flus, avolja ovvjament ma tistax tinxtara bil-flus. Huwa essenzjali kif nittratta mal-kuxjenza. Irrid niġġudika lili nnifsi bil-ġudizzja tas-sinċerità, u hekk niġġudika lill-oħrajn bil-ġudizzju tal-imħabba.  Il-kuxjenza għandha tirregola kull qasam ta’ ħajta. M’hemm ebda fażi fejn nista’ ngħaddi mingħajrha, avolja għandha l-limitazzjonijiet tagħha (għax trid kontinwament tkun informata mir-rivelazzjoni speċjali miġbura fl-Iskrittura).  Ma nistgħux nipp...

Mill-Priżma tad-Dmugħ

“Għax intom ma rċivejtux spirtu ta’ jasar ħalli terġgħu tibżgħu, iżda rċivejtu l-Ispirtu tal-adozzjoni, li bih ngħajtu, “Abba! Missier!” L-Ispirtu nnifsu jixhed flimkien mal-ispirtu tagħna illi aħna tfal t’Alla, u jekk tfal, allura werrieta wkoll – werrieta t’Alla, u werrieta flimkien ma’ Kristu, imbasta nbatu miegħu sabiex inkunu glorifikati wkoll miegħu. Nikkonsidra illi s-sofferenzi taż-żmien preżenti mhumiex denji jkunu pparagunati mal-glorja li dalwaqt se tkun irrivelata lilna” (Rumani 8:15-18). L-evanġelju hu bxara tajba “ta’ ferħ kbir.” Il-ferħ hu s-sigriet tiegħi bħala Kristjan, imma hu sigriet tant massiv u tant infettiv illi impossibbli nżommu mistur. Wieħed mill-fatti l-aktar bizzarri, lil hinn mill-fehma tiegħi, hu proprjament meta niltaqa’ ma’ xi ħadd illi jikklejmja li jagħraf ’l Alla, u frattant qisu ssellef wiċċ Laskri permanentament – kważi jiddispjaċih li ltaqa’ m’Alla. L-assenza virtwali tal-ferħ iġġegħilni nissuspetta li t-tali mingħalih emmen l-evanġelju men...

Bil-Fidi

“Issa l-fidi hi l-assigurazzjoni tal-ħwejjeġ ittamati, iċ-ċertezza t’affarijiet li ma narawx. B’dil-fidi kienu rrikmandati n-nies fl-antik. Bil-fidi nifhmu li l-univers kien ifformat bil-kelma t’Alla, tant li l-ħaġa li naraw ma saritx minn ħwejjeġ viżibbli. Bil-fidi Abel offra ’l Alla sagrifiċċju aħjar minn Kajjin. Permezz tagħha kien mixhud li hu ġust, billi Alla xehed dwar l-għotjiet tiegħu. U permezz tal-fidi għadu jitkellem, avolja miet” (Ebrej 11:1-4). Meta nirreferu dwar il-fidi, qegħdin ngħidu l-ħtieġa bażika li nilqgħu l-Iskrittura Mqaddsa bħala r-rivelazzjoni unika u suffiċjenti t’Alla. Il-Ħallieq tkellem b’diversi mod u f’perjodi varji permezz tal-profeti tiegħu. Inkuruna r-rivelazzjoni tiegħu bil-miġja ta’ Ibnu fostna, ix-xbieha perfetta u sħiħa tal-persuna tiegħu.  Mela l-fidi tfisser temmen, abbażi tal-Bibbja, dak li ma rajtux personalment, u l-premju tagħha huwa illi għad tara u tgawdi dak li bħalissa temmen. Imqar il-ktieb sekondarju l-ieħor, il-ktieb l-is...

Xejn Mhu Moħbi mill-Mulej

“Għemil il-bniedem quddiem il-Mulej, u jqis il-mixi kollu tiegħu. Għajnejn il-Mulej huma kullimkien, iħarsu lejn il-ħżiena u t-tajbin. Xeol u l-abbiss huma quddiem il-Mulej; kemm iktar mela qlub ulied il-bnedmin! Eħles lil dawk li huma meħudin għall-mewt, u għin lil dawk li se joqtluhom. Jekk int tgħid, ‘Ara, ma konniex nafu dan!’ Jaqaw dak li jiżen il-qlub ma jintebaħx b’dan? U min hu għassa ta’ ruħek ma jafx b’dan? U mhux lil kulħadd irodd dak li ħaqqu skont għemilu?” (Proverbji 5:21; 15:3,11; 24:11-12). Ħa jkun imfaħħar Alla li jara kollox! Xejn ma hemm fis-sema u fl-art moħbi mill-ħarsa penetranti tiegħu. Wieħed raġel mar jisraq iż-żara’ mill-għalqa ta’ sieħbu. Ħa miegħu liċ-ċkejken ibnu biex joqgħodlu għassa, biex fil-każ li jkun ġej xi ħadd, jagħmillu sinjal. Qabel ma qabeż fl-għalqa, ħares lejn ix-xellug u lejn il-lemin, xiref ukoll warajh u quddiemu, u billi ma ra ’l ħadd, medd idejh biex jimla’ ċ-ċurniena.  Kif kien se jmiss iż-żara’, ibnu għajjat, “Pa, hemm...