Skip to main content

Ersaq b'Qalb Niedma

“Meta tiġu biex tidhru quddiemi, min talabkom dan mingħandkom, li tirfsu fil-btieħi tiegħi? La ġġibux iżjed offerti għalxejn; l-inċens tagħkom nistkerrhu, il-qamar ġdid u s-Sibt, u li ssejħu l-laqgħat. Jien ma niflaħx għall-ħażen magħqud mal-laqgħat solenni. L-ewwel tax-xhur tagħkom, u l-festi mwaqqtin tagħkom, ruħi tobgħodhom; dawn saru tagħbija għalija; għejjejt nerfagħhom. Għalhekk xħin tmiddu jdejkom biex titolbu, naħbi għajnejja minnkom; iva, meta tagħmlu ħafna talb, jien ma nismax. Idejkom mimlijin demm! Inħaslu, tnaddfu; neħħu l-ħażen ta’ għemilkom minn quddiem għajnejja; ieqfu mill-ħażen. Tgħallmu agħmlu t-tajjeb; fittxu l-ġustizzja; agħmlu hieni lill-imgħakkes; agħmlu ġustizzja lill-iltim; aqbżu għall-jedd tal-armla” (Isaija 1:11-17). 

Ħafna huma n-nies reliġjużi li mhumiex milqugħin minn Alla. Għalkemm jippretendu li jagħrfuh, Alla jiddistakka ruħu minnhom. “Għall-ikkontaminati u l-miskredenti xejn mhu pur, anzi kemm il-moħħ kif ukoll il-kuxjenza tagħhom huma kkontaminati. Jikklejmjaw li jafu ’l Alla, imma b’azzjonijiethom jiċħduh. Huma detestabbli, diżubbidjenti, u diżapprovati għal kull att tajjeb” (Titu 1:15-16). Dan għaliex qalbhom hi iebsa, għadha mhijiex maqsuma bl-indiema. 

L-atti reliġjużi tal-mitlufa – bħat-talb, tifħir u l-offerti tagħhom – huma abominazzjoni quddiem Alla. “Il-Mulej jistkerrah is-sagrifiċċji tal-ħżiena, iżda t-talb tan-nies retti l-għaxqa tiegħu” (Proverbji 15:8). Dan għaliex, aktar minn kollox, Alla jirrekjiedi minna qalbna. 

David ukoll għaraf dan. Meta dineb, qallu: “Lilek ma jogħġbukx is-sagrifiċċji, altrimenti kont noffrihomlok...Is-sagrifiċċji lil Alla huma spirtu niedem: qalb maqsuma u sogħbiena, o Alla, int ma twarrabhiex” (Salmi 51:16-17).

Kemm hu insensat min jipprova jsikket il-kuxjenza tiegħu permezz ta’ atti jew riti reliġjużi. Ħa jkun jaf li Alla ma jaħmilx ir-reliġjon tiegħu. Mill-banda l-oħra, Alla jilqa’ n-nies retti u ġusti, lil dawk li bħat-tfal żgħar talbuh ħniena u jfittxu jgħixu skont Kelmtu. Xi ħsieb meraviljuż meta tagħraf li Alla jieħu gost bit-talb tagħhom. Il-Mulej jitgħaxxaq meta wliedu jmorru għandu bil-bżonnijiet u t-tifħir tagħhom.

Ħa nersqu bla biża’ quddiem it-tron tal-grazzja. Kristu qalagħlna aċċess; qegħdin nużawh? It-talb hu inċens ifuħ li jitla’ quddiem Alla. Hu l-arja li biha jgħixu l-fidili. Hu l-qannata li fiha jġibu l-ilma min-nixxiegħa. Hu l-barometru tar-ruħ, l-ikkordar tal-istrument, il-ħolqa li tgħaqqad l-art mas-sema. Hu l-ittra mibgħuta mit-tifel ċkejken lil Missieru tas-smewwiet.

Talba: “Mulej, nixtieq illi jkun jimportani biss mill-evalwazzjoni tiegħek dwari. B’ħaddieħor nista’ nidħaq u nagħti impressjoni li jien spiritwali. Iżda int Alla li tifli l-qlub u l-intenzjonijiet moħbija. Nitolbok, għal ġieħ ta’ Ibnek Ġesù, illi t-talb tiegħi jkun għaxqa quddiemek, ħiereġ minn qalb niedma u sinċiera. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...