Skip to main content

Posts

Is-Serp Tbusu jew Taħarbu?

“Tassew, int toqtol lill-ħażin, o Alla; għalhekk tbiegħdu minni, ja rġiel tad-dmija. Għax huma jitkellmu kontrik bil-qerq, u l-għedewwa tiegħek jieħdu ismek għalxejn. M’għandix nobgħodhom, o Mulej, lil dawk li jobogħduk? M’għandix nistmellhom lil dawk li jqumu kontra tiegħek? Nobgħodhom bl-akbar mibegħda; ngħoddhom b’għedewwa tiegħi...Il-biża’ tal-Mulej hi l-mibegħda tal-ħażen: il-tkabbir, l-arroganza, l-imġiba ħażina u l-fomm giddieb nobgħodhom” (Salmi 139:19-22; Proverbji 8:13). Immaġinak miexi fil-kampanja, tiggosta l-fwieħa ħelwa tan-narċis u l-ġiżimin, titgħaxxaq bl-għelieqi maħruta, bis-siġar iħaxwxu fiż-żiffa. Issa fettillek tibda tgħaqqad bukkett fjuri varjat. Iżda int u sejjer, fid-daqqa u l-ħin tibda xxomm rieħa pessma, bilkemm tissaportiha. Quddiemek, bla mistenni, issib miżbla. Jekk ikolli ngħid, naħseb li minflok tkompli tersaq ’l hemm, iddabbar rasek ’il bogħod mill-munzell ta’ żibel jinten.  Għaliex tagħmel hekk? Għax filwaqt li xtaqt il-fjuri, xorta waħda...

Ix-Xjuħ Żejda jew Żina?

“Ix-xagħar abjad kuruna ta’ ġieħ, jekk jinstab fi triq is-sewwa. Ulied l-ulied kuruna tax-xjuħ, u l-glorja tal-ulied missirijiethom. Il-glorja taż-żgħażagħ qiegħda f’saħħithom, u ż-żina tax-xjuħ fix-xagħar abjad tagħhom. Isma’ lil missierek, dak li nisslek, u la żżeblaħx lil ommok meta tixjieħ” (Proverbji 16:31; 17:6; 20:29; 23:22). X’għerf sublimi hu merfugħ f’dawn il-ftit ħsibijiet! Longfellow, poeta Amerikan, jaqbel, u jkompli jgħid: “L-għajn tax-xjuħija tħarisli mansweta f’qalbi! Il-vuċi tax-xjuħija tidwi bil-krib fiha! Ir-ras xehbiena u l-id ċċongata jraħħmuli irreżistibbilment għas-simpatija! Nivvenera x-xjuħija; u ma nistax ngħid li jogħġobni dak li kapaċi jħares bla emozzjoni fuq għabex il-ħajja, meta l-għabex jibda jiġma’ fuq l-għajnejn impeċpċa, u d-dellijiet tal-krepuskolu jitwessgħu u jitfanndu fuq il-fehma.” Il-ġust jibqa’ jagħmel is-sewwa anke fi xjuħitu, tarah jippersevera u jirrendi l-frott fi żmienu. John Wesley prietka medja ta’ ħmistax-il prietka fil-ġi...

Il-Knisja l-Kapulavur ta' Kristu

“Ma noħolqu ebda kawża ta’ tfixkil f’xejn, sabiex ma jkunx skreditat il-ministeru tagħna. Aktarx, f’kollox nirrikmandaw lilna nfusna bħala servi t’Alla: f’saportu kbir; f’afflizzjonijiet, neċessitajiet u kalamitajiet; fit-tidrib, priġuneriji u f’irvellijiet; f’taħbitiet, f’sahriet bla rqad u ġuħ; bis-safa, tagħrif, paċenzja u beninnità; fl-Ispirtu s-Santu u f’imħabba sinċiera; bil-kelma tal-verità u fis-setgħa t’Alla; bl-armi tal-ġustizzja fl-id il-leminija u x-xellugija; permezz ta’ glorja u diżunur, permezz ta’ infamja u rapport tajjeb. Aħna stmati bħala imposturi, frattant veri; bħala mhux magħrufa, frattant magħrufa sew; bħala qed immutu, frattant nibqgħu ngħixu; bħala msawtin, frattant mhux maqtulin; bħala mnikktin, frattant dejjem nifirħu; bħala foqra, frattant ngħanu lil ħafna; bħala m’għandna xejn, frattant nippossiedu kollox” (2 Korintin 6:3-10). Min bil-grazzja sar denju quddiem Alla awtomatikament sar indenju quddiem id-dinja. Min hu magħdud bħala ħaġra prezzjuża fi...

Dejn li ma Jitħallasx

“Tiddejnu xejn ma’ ħadd ħlief li tħobbu ’l xulxin, għax min iħobb lil ħaddieħor wettaq il-liġi. Għax il-kmandamenti, ‘Tikkommettix adulterju,’ ‘Tikkommettix omiċidju,’ ‘Tisraqx,’ ‘Tirgħibx,’ u jekk hemm xi kmandament ieħor, huma ssommati f’dir-regola waħda: ‘Ħobb il-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.’ L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu. Mela l-imħabba hi t-twettiq tal-liġi” (Rumani 13:8-10). Min qed jimmira lejn il-maturità spiritwali ma jfittixx il-ħelsien tiegħu fl-awsteritajiet u qilla lejh innifsu, iżda lanqas ma jħalli l-pendlu jkaxkru fit-tmegħik ta’ pjaċiri bla sens, jew isawwar madwaru sur ta’ abbondanza. Ikun sab il-mogħdija medjana. Min ma jirrikmandax l-għoti tal-karità? Min ma jfaħħarx il-filantropu? Jew min qatt ma tħeġġeġ għal xi tip ta’ meditazzjoni jew taħriġ reliġjuż? Jew min qatt ma semma’ tnehidu lejn is-sema? Għal dawn kollha jindaqqu l-lawdijiet, iżda akbar minn kollox hi l-imħabba tenera. Għax bħalma dawl il-qamar jarmi dija mitt darba iżjed mid-daww...

Tilqgħu lit-Tabib?

“Ġesù reġa’ ħareġ maġenb il-lag. Il-folla kollha ġiet għandu, u qagħad jgħallimhom. Kif kien għaddej ra lil Levi bin Alfew bilqiegħda mal-banka tad-dazju. “Segwini!” qallu. U Levi qam u segwih. Hu u jirreklina għall-ikel fid-dar ta’ Levi, ħafna dazjarji u midinbin ukoll irreklinaw ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu, għax kienu ħafna li segwewh. L-iskribi tal-Fariżej, xħin raw illi kien qed jiekol mal-midinbin u d-dazjarji, staqsew lid-dixxipli tiegħu, ‘Għaliex jiekol mad-dazjarji u l-midinbin?’ Malli Ġesù sema’ dan, qalilhom, “Dawk b’saħħithom m’għandhomx bżonn tabib, iżda dawk li għandhom xi mard. Ma ġejtx insejjaħ lill-ġusti, iżda l-midinbin’” (Mark 2:13-17).  Il-marda tad-dnub hi serjissma. Iżda ħajr lil Alla: daħħalna fl-isptar tiegħu. Spiritwalment u moralment aħna lkoll morda u miġruħin, deformati u miġugħa, għomja u torox, paralitiċi u zopop – wisq wisq iżjed milli nirrealizzaw. L-agħar ħaġa li tista’ tiġrilna hi meta nagħmlu evalwazzjoni pożittiva tagħna nfusna inkwantu...

Għal min qed Taħdem?

“Nordnawlkom, l-aħwa, f’isem is-Sid Ġesù Kristu, biex tiskansaw lil kull ħu li jimxi fl-għażż u mhux skont it-tradizzjoni li rċevejtu mingħandna. Għax intom infuskom tafu kif jeħtieġ timitawna, għax ma konniex għażżenin fostkom, lanqas ma kilna l-ħobż mingħand xi ħadd bla ħlas, iżda b’taħbit u strapazz bqajna naħdmu lejl u nhar biex ma ntaqqlux lil xi ħadd minnkom; mhux għax m’għandniex jedd għall-għajnuna, iżda sabiex nagħmlu lilna nfusna mudell għalikom, ħalli timitawna. Għax saħansitra meta konna għadna magħkom, ordnajnielkom dan: jekk xi ħadd ma jridx jaħdem, lanqas m’għandu jiekol. Difatti nisimgħu li xi wħud fostkom qed jimxu fl-għażż, ma jaħdmu xejn, iżda huma sifisenti. Lit-talin nordnawlhom u neżortawhom fis-Sid Ġesù Kristu sabiex jaħdmu bil-kwiet u jaqilgħu l-ħobż tagħhom infushom” (2 Tessalonkin 3:6-12). Ix-xogħol, avolja wieħed jista’ jkun fornut b’talent u kapaċità, ma jista’ jkun xejn ħlief vojtizza, fl-aħħar mill-aħħar, jekk il-ħaddiem jibqa’ ma jirrealizzax li l...

Żakkew u Int

“Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej minnha. Kien hemm raġel jismu Żakkew; dan kien dazjarju ewlieni u kien għani. Prova jara min hu Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, għax kien żgħir fl-istatura. Għalhekk ġera qabilhom ’il quddiem u tela’ fuq sikamoru sabiex jarah, għax kien dalwaqt se jgħaddi minn dik it-triq. Appena wasal fil-post, Ġesù ħares ’il fuq. ‘Żakkew,’ qallu, ‘għaġġel inżel minn hemm, għax illum jeħtieġli noqgħod f’darek.’ Għalhekk dak għaġġel u niżel, u laqgħu għandu ferrieħi. Xħin in-nies raw hekk, ilkoll bdew ibarqmu, ‘Daħal bħala mistieden għand raġel midneb.’ Imma Żakkew waqaf fuq qaddu u qal lis-Sid, ‘Ara, ja Sid! Nofs il-possedimenti tiegħi nagħtihom lill-foqra, u jekk għallatt lil xi ħadd minn xi ħaġa, inrodd l-ammont erba’ darbiet.’ Ġesù qallu, ‘Illum ġiet is-salvazzjoni lil did-dar, għax dan ukoll hu bin Abraħam. Għax Bin il-Bniedem ġie jfittex u jsalva x’intilef’” (Luqa 19:1-10). Għalkemm konverżjoni fit-tard rari tkun ġenwina, konverżjoni ġenwina qatt mhi...