Skip to main content

Posts

Salvatur Prezzjuż, Fidi Prezzjuża

“Filwaqt li tersqu lejh, il-ħaġra ħajja – irroftata mill-bnedmin imma magħżula minn Alla u prezzjuża – intom ukoll, bħala ħaġar ħaj, qed tinbnew bħala dar spiritwali biex tkunu saċerdozju qaddis, ħalli toffru sagrifiċċji spiritwali aċċettabbli għal Alla permezz ta’ Ġesù Kristu. Għax hu kontentut fl-Iskrittura: ‘Ara, inqiegħed ħaġra f’Sijon, ġebla angolari magħżula u prezzjuża, u min jemmen fih qatt mhu se jistħi.’ Dal-valur prezzjuż, mela, huwa għalikom il-kredenti. Imma għall-miskredenti, ‘Il-ħaġra li rroftaw il-bennejja saret bħala ras il- kantuniera’ u, ‘Ħaġra ta’ tfixkil u blata t’offiża.; Jitfixklu fil-kelma għax ma jobduhiex - għal dan kienu wkoll iddestinati” (1 Pietru 2:4-8). Il-fidili huma maħbuba bi mħabba prezzjuża, mifdija b’demm prezzjuż, imfarrġa b’wegħdi prezzjużi, u ġustifikati b’fidi prezzjuża. Iva, is-sewwa tagħhom quddiem Alla, il-qdusija, il-Ġenna, dan kollu għandna b’unjoni ma’ Ġesù prezzjuż. Bir-raġun jingħad illi dan “il-valur prezzjuż huwa għalikom il-kr...

Il-Biża' tal-Mulej

“Il-proverbji ta’ Salamun, bin David, sultan ta’ Iżrael: biex il-bniedem jagħraf l-għerf u t-tagħlim, biex jifhem kliem ta’ dehen, biex jilqa’ tagħlim fuq l-għerf, fuq il-ħaqq, fuq is-sewwa, fuq l-onestà, biex jagħti l-għaqal lil min ma jafx, u liż-żgħażagħ tagħrif u dehen. L-għaref jisma’ u jżid fil-għerf tiegħu; ir-raġel intelliġenti jikseb pariri tajba; biex jifhem il-proverbji u t-tixbih, kliem l-għorrief, u t-taħdit mistur tagħhom. Il-biża’ tal-Mulej hu l-bidu tat-tagħlim, iżda l-boloh jistmerru l-għerf u t-twiddib” (Proverbji 1:1-7). Mill-affarijiet ta’ did-dinja, il-ħsieb tal-Kristjan matur jintrefa’ kontinwament għall-avvenimenti futuri, in-Novissmi: mewt, ġudizzju, Infern u Ġenna. Dil-fidi li tara fil-bogħod iżżommna milli nitilfu l-perspettiva fit-tbatijiet u l-provi t’issa.  Fil-Ġenna l-indikazzjonijiet ċari huma li se jkun hemm gradijiet ta’ premji. Bħala nies konvertiti, dnubietna huma maħfura u qatt m’aħna se nsofru l-pwieni tal-Infern, madankollu xorta waħ...

Minn Xiex Tibża'?

“Minħabba f’hekk ngħidilkom, tinkwetawx għal ħajjitkom, x’se tieklu jew x’se tixorbu, lanqas għal ġisimkom, x’se tilbsu. Ewwilla l-ħajja mhix iżjed importanti mill-ikel, u l-ġisem mill-ilbies? Ħarsu lejn it-tjur tas-sema; la jiżirgħu, la jaħsdu u lanqas jiġbru fl-imħażen, frattant Missierkom smewwieti jitmagħhom. Ewwilla intom ma tiswewx aktar minnhom? Min minnkom, billi jinkwieta, jista’ jżid ma’ għomru mqar siegħa waħda?” (Mattew 6:25-27). Lil Sidney Smith darba talbuh parir. Qalulu, “Aħna nixtiequ ngħaddu l-ħajja bil-ferħ u t-tama; x’imissna nagħmlu?” Weġibhom, “Agħmlu xogħolkom fedelment, u ħudu veduti qosra tal-oqsma kollha tagħkom. Wara li tkunu pjanajtu għall-eternità billi tħabbibtu m’Alla bil-medjazzjoni ta’ Ibnu, ittawlux għenuqkom fil-bogħod wisq. Ħudu l-barka preżenti, u roddu l-ħajr f’kollox.” Il-ħażin hu kodard perfett, u jibża’ minn kollox. Il-ħsieb t’Alla suprem iwaħħxu, għax mhux rikonċiljat miegħu, u għadu jopponih meta jaf li ma jistax iġibha żewġ mieg...

Ir-Rieda Tiegħi, Għax Hi Tiegħek

“Mela tistħix tagħti x-xhieda tiegħek dwar Sidna, lanqas dwari l-priġunier tiegħu, iżda sofri miegħi għall-evanġelju skont is-setgħa t’Alla, li salvana u sejħilna b’sejħa qaddisa, mhux minħabba l-opri tagħna, iżda minħabba l-għan u l-grazzja tiegħu stess, mogħtija lilna fi Kristu Ġesù qabel il-bidu taż-żmien, imma issa rrivelata permezz tal-manifestazzjoni tas-Salvatur tagħna Kristu Ġesù, li abolixxa l-mewt u ġab il-ħajja u l-immortalità għad-dawl permezz tal-evanġelju. Għalih jien kont appuntat araldu u appostlu u għalliem. Għaldaqstant inbati wkoll dan kollu. Madankollu ma nistħix, għax naf lil min emmint, u ninsab konvint illi hu setgħan biex jgħasses id-depożitu tiegħi għandu għal dak il-jum” (2 Timotju 1:8-12). Il-wegħda ta’ assigurazzjoni u konfort hi mgħoddija lill-Kristjan lieżem, mhux lill-għażżien; lill-Kristjan attiv, mhux lill-apatetiku; lill-Kristjan diliġenti, mhux lin-negliġenti. Il-Kristjan traskurat jimla fommu bl-iskużi u l-ilmenti, mentri sieħbu l-attiv għandu...

Fl-Imħabba Divina

“Bħalma ħabbni l-Missier, hekk jien ukoll ħabbejtkom. Issa ibqgħu fi mħabbti. Jekk iżżommu l-kmandamenti tiegħi, tibqgħu fi mħabbti, bħalma jien żammejt il-kmandamenti ta’ Missieri u nibqa’ fi mħabbtu. Għidtilkom hekk sabiex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun komplut. Dan hu l-kmandament tiegħi, li tħobbu ’l xulxin bħalma ħabbejtkom jien” (Ġwanni 15:9-12). L-obbigu tagħna illi nonoraw u nobdu lil Alla jorbotna. Hekk jew hekk aħna nafu l-eżistenza tagħna lilu. Minn mument għall-ieħor iżommna skont il-providenza għarfa u setgħana tiegħu. Frattant l-obbligu jagħfas wisq iżjed fuqna meta nikkonsidraw kif Alla ħabbna bi mħabba superba u inkredibbli: tana lil Ibnu stess biex kull min jafda fih ikun meħlus mill-ħtija tad-dnub, u jingħatalu wirt dejjiemi fis-smewwiet. Ir-relazzjoni t’Alla ma’ niesu hi iżjed minn dik ta’ Sultan kbir u s-sudditi tiegħu. Hi wkoll relazzjoni bejn Missier u wliedu adottivi. Il-patt irjali tiegħu hu patt ta’ familja. Il-ħniena ħelwa t...

F'Kuntatt Mal-Missier

“Agħti widen għal kliemi, o Mulej; ikkonsidra t-tnegħid tiegħi. Isma’ l-leħen tal-għajjat tiegħi għall-għajnuna, Sultan tiegħi, u Alla tiegħi, għax lilek nitlob. O Mulej, filgħodu int tisma’ leħni; filgħodu noffrilek talbi, u nistenna. Għax int m’intix Alla li jogħġbok il-ħażen, lanqas jgħammar miegħek il-ħażin. Quddiem għajnejk ma jiqfux il-kburin; lil dawk kollha li jagħmlu l-ħażen inti tobgħodhom” (Salmi 5:1-5). Ladarba aħna ngħixu fil-Mulej, u nitħakkru u neżistu minħabba fih, allura hu d-dover indispensabbli tagħna illi nsejħulu u napplikaw għandu għal kull sukkors. Hu dover naturali. Kemm iżjed ulied il-grazzja għandhom jirrealizzaw illi dan għalina jsir privileġġ inkalkolabbli, barka tremenda għal dawk li huma rikonċiljati miegħu. Ġesù berikna b’bosta barkiet, fosthom it-tferrigħ tal-ispirtu tal-grazzja u s-suppliki. Fl-eżerċizzju tat-talb il-qaddisin tiegħu, matul iż-żminijiet, esperjenzaw komunjoni ħelwa ma’ Alla Trinità, li fedelment imlielhom kull ħtieġa u sema’ t...

Il-Qaddisin

“Issa l-fidi hi l-assigurazzjoni tal-ħwejjeġ ittamati, iċ-ċertezza t’affarijiet li ma narawx. B’dil-fidi kienu rrikmandati n-nies fl-antik. Bil-fidi nifhmu li l-univers kien ifformat bil-kelma t’Alla, tant li l-ħaġa li naraw ma saritx minn ħwejjeġ viżibbli. Bil-fidi Abel offra ’l Alla sagrifiċċju aħjar minn Kajjin. Permezz tagħha kien mixhud li hu ġust, billi Alla xehed dwar l-għotjiet tiegħu. U permezz tal-fidi għadu jitkellem, avolja miet” (Ebrej 11:1-4). Minkejja d-demonji kollha jibqa’ jkun hawn il-qaddisin, u l-qaddisin jiddu l-aħjar fl-agħar żminijiet. Kultant jiddu żżejjed u d-dinja tkun kostretta titfi dawlhom għax isir insapportabbli. Il-martirju ġie introdott fid-dinja bikri ħafna: l-ewwel bniedem li miet, miet minħabba l-fidi tiegħu, u bil-fidi tiegħu, avolja mejjet, għadu jitkellem.  Issa jekk hemm glorja għal dawk li jmutu fil-Mulej, kemm aktar se jkollhom glorja dawn li jmutu għall-Mulej! Huma nies li ġrew il-ġirja tagħhom, bla ma ntelqu fil-ġenb. Żammew ħa...