Skip to main content

Ir-Rieda Tiegħi, Għax Hi Tiegħek

“Mela tistħix tagħti x-xhieda tiegħek dwar Sidna, lanqas dwari l-priġunier tiegħu, iżda sofri miegħi għall-evanġelju skont is-setgħa t’Alla, li salvana u sejħilna b’sejħa qaddisa, mhux minħabba l-opri tagħna, iżda minħabba l-għan u l-grazzja tiegħu stess, mogħtija lilna fi Kristu Ġesù qabel il-bidu taż-żmien, imma issa rrivelata permezz tal-manifestazzjoni tas-Salvatur tagħna Kristu Ġesù, li abolixxa l-mewt u ġab il-ħajja u l-immortalità għad-dawl permezz tal-evanġelju. Għalih jien kont appuntat araldu u appostlu u għalliem. Għaldaqstant inbati wkoll dan kollu. Madankollu ma nistħix, għax naf lil min emmint, u ninsab konvint illi hu setgħan biex jgħasses id-depożitu tiegħi għandu għal dak il-jum” (2 Timotju 1:8-12).

Il-wegħda ta’ assigurazzjoni u konfort hi mgħoddija lill-Kristjan lieżem, mhux lill-għażżien; lill-Kristjan attiv, mhux lill-apatetiku; lill-Kristjan diliġenti, mhux lin-negliġenti. Il-Kristjan traskurat jimla fommu bl-iskużi u l-ilmenti, mentri sieħbu l-attiv għandu qalbu mimlija faraġ u tama ta’ kumpens. 

Luteru, taħt il-qawwa tal-assigurazzjoni, ilissen dan ir-rapiment traxxendenti ta’ fidi qalbiena, “Fiat mea voluntas,” ħa tkun magħmula r-rieda tiegħi; u mbagħad iċedi bi ħlewwa, “Mea voluntas, Domine, quia tua,” ir-rieda tiegħi, Mulej, għaliex hi r-rieda tiegħek. Hu biss in-nuqqas ta’ assigurazzjoni illi tagħmel il-bixra mnikkta, l-idejn imdendla, l-irkopptejn dgħajfa, ir-riġlejn mgħaxxa, u r-ruħ mimlija biżgħat u apprensjonijiet. 

Ħa tkun ir-ruħ okkupata, mela, bil-Feddej tagħha, bħala l-iprem u l-aħjar ġid tagħha. Kemm jaqbel nitgħallmu ngħidu, sinċerament, bħal Asaf, “Min għandi fis-sema ħliefek? U m’hemm ħadd fl-art li nixtiequ ħliefek. Ġismi u qalbi ma jifilħux iżjed, iżda Alla hu l-qawwa ta’ qalbi, u sehmi għal dejjem” (Salmi 73:25-26). 

Kemm imissha toqgħod fuq xofftejna u partikolarment f’qalbna l-istqarrija pubblika, “Tiegħi hu l-Maħbub tiegħi, u jiena tiegħu…Jingħaraf fost għaxart elef!” (Għanja 2:16; 5:10). Kemm hu minnu meta ngħad li “f’lemintu għandu għomor twil, u fix-xellug tiegħu għana u ġieh; triqatu triqat għaxxieqa, u mogħdijietu kollha sliem” (Proverbji 3:16-17). 

X’testimonjanza potenti ħallielna Pawlu meta kiteb, “Il-ħwejjeġ li kienu ta’ qliegħ għalija għaddejthom bħala telf minħabba Kristu; iva, indubjament, jien inżomm kollox bħala telf ħdejn il-privileġġ kbir li nagħraf lil Kristu Ġesù Sidi, li għalih sofrejt it-telfa ta’ kull ħaġa, li jien inqisha bħala skart biex nirbaħ lil Kristu” (Filippin 3:7-8).

Talba: “Tassew, o Mulej, it-tjieba u l-ħniena jiġu warajja l-jiem kollha ta’ ħajti, u jien ngħammar f’darek il-jiem kollha. Int Alla tajjeb u tagħmel it-tajjeb; daħħaltni fix-xirka miegħek permezz tal-Medjatur maħtur minnek, Ibnek Ġesù. Infaħħrek, għax tajtuli biex ikun il-bidu u t-tmiem tas-salvazzjoni tiegħek. Fuqu niddependi; lilu nafda jien. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...