Skip to main content

Salvatur Prezzjuż, Fidi Prezzjuża

“Filwaqt li tersqu lejh, il-ħaġra ħajja – irroftata mill-bnedmin imma magħżula minn Alla u prezzjuża – intom ukoll, bħala ħaġar ħaj, qed tinbnew bħala dar spiritwali biex tkunu saċerdozju qaddis, ħalli toffru sagrifiċċji spiritwali aċċettabbli għal Alla permezz ta’ Ġesù Kristu. Għax hu kontentut fl-Iskrittura: ‘Ara, inqiegħed ħaġra f’Sijon, ġebla angolari magħżula u prezzjuża, u min jemmen fih qatt mhu se jistħi.’ Dal-valur prezzjuż, mela, huwa għalikom il-kredenti. Imma għall-miskredenti, ‘Il-ħaġra li rroftaw il-bennejja saret bħala ras il- kantuniera’ u, ‘Ħaġra ta’ tfixkil u blata t’offiża.; Jitfixklu fil-kelma għax ma jobduhiex - għal dan kienu wkoll iddestinati” (1 Pietru 2:4-8).

Il-fidili huma maħbuba bi mħabba prezzjuża, mifdija b’demm prezzjuż, imfarrġa b’wegħdi prezzjużi, u ġustifikati b’fidi prezzjuża. Iva, is-sewwa tagħhom quddiem Alla, il-qdusija, il-Ġenna, dan kollu għandna b’unjoni ma’ Ġesù prezzjuż. Bir-raġun jingħad illi dan “il-valur prezzjuż huwa għalikom il-kredenti.”

Aħna wlied il-faqar u l-afflizzjoni. Jaqaw dan hu żmien għalik meta l-ħbieb birdu u saħansitra nsewk? Ftakar li għandek Ħabib li inviżtak fl-għali tiegħek u kellmek bi kliem ta’ faraġ. Saħansitra fdiek b’demmu stess. Meta kont għadek fil-ħabs tal-ħtija u l-kundanna, fetaħlek il-kanċell u ħarġek fil-libertà. Meta kont għadek marid, ġie jarak bħala t-Tabib ta’ ruħek, u fejqek. Meta kont għarwien libbsek bis-sewwa tiegħu. Dan kollu u iżjed għamel Ġesù għalik. Uriek kif ħabib tabilħaqq iħobb f’kull żmien; hu ħuk imwieled għal żmien l-avversità (Proverbji 17:17). 

Biex jassigurak illi kapaċi jsalvak kompletament, iżurek bil-fedeltà tiegħu, jibgħatlek sinjali ta’ tjieba, jimmanifestalek il-preżenza tiegħu biex ruħek tiffriska. Jhennilek qalbek u jagħti għanja ġdida fuq fommok. Hu prezzjuż għalli hu fih innifsu, għalli għamel miegħek, għalli x’qed jagħmel u x’għad jagħmillek. Għax imħabbtu lejk hi minn eternità sa eternità.

Mela kun af illi mhux se jabbandunak: int membru fil-familja tiegħu, u jara illi tasal id-dar sikur. Hu miet biex isalvana minn did-dinja ħażina u preżenti, biex jagħtina vittorja fuq id-dnub, fuq Satana u saħansitra fuq il-mewt. “Jekk xi ħadd iżomm kelmti, qatt mhu se jduq mill-mewt” (Ġwanni 8:52).

Min jista’ jgħid kemm hu prezzjuż Ġesù għall-qaddisin hemm fuq? Għalkemm għalissa naraw parzjalment u nafu parzjalment, frattant milli ngħatalna bil-fidi nistgħu naffermaw, “Ġesù hu tassew prezzjuż!” 

Talba: “O Salvatur tagħna, avolja ċ-ċirkostanzi jistgħu jrossuna f’rokna, xorta waħda tibqa’ Emmanwel, Alla magħna. Fik insibu l-fidwa, ir-rikonċiljazzjoni, il-ġustifikazzjoni, il-maħfra, il-ħajja eterna, il-qdusija u l-aċċettazzjoni sħiħa tagħna ma’ Missierek u Missierna. Int kollox f’kollox għall-fidili tiegħek. Bik niftaħru; int il-konfidenza kollha tagħna. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...