Skip to main content

F'Kuntatt Mal-Missier

“Agħti widen għal kliemi, o Mulej; ikkonsidra t-tnegħid tiegħi. Isma’ l-leħen tal-għajjat tiegħi għall-għajnuna, Sultan tiegħi, u Alla tiegħi, għax lilek nitlob. O Mulej, filgħodu int tisma’ leħni; filgħodu noffrilek talbi, u nistenna. Għax int m’intix Alla li jogħġbok il-ħażen, lanqas jgħammar miegħek il-ħażin. Quddiem għajnejk ma jiqfux il-kburin; lil dawk kollha li jagħmlu l-ħażen inti tobgħodhom” (Salmi 5:1-5).

Ladarba aħna ngħixu fil-Mulej, u nitħakkru u neżistu minħabba fih, allura hu d-dover indispensabbli tagħna illi nsejħulu u napplikaw għandu għal kull sukkors. Hu dover naturali. Kemm iżjed ulied il-grazzja għandhom jirrealizzaw illi dan għalina jsir privileġġ inkalkolabbli, barka tremenda għal dawk li huma rikonċiljati miegħu. Ġesù berikna b’bosta barkiet, fosthom it-tferrigħ tal-ispirtu tal-grazzja u s-suppliki.

Fl-eżerċizzju tat-talb il-qaddisin tiegħu, matul iż-żminijiet, esperjenzaw komunjoni ħelwa ma’ Alla Trinità, li fedelment imlielhom kull ħtieġa u sema’ t-tnegħida tagħhom għall-għajnuna. Uliedu huma konfidenti fih; jafu li anke jekk jiddewwem, ma jagħmilx hekk kapriċċjożament. Jafu illi xi darba jew oħra, kulma nitolbuh f’isem Ibnu u skont ir-rieda tiegħu, bil-fidi, jagħtihulna (1 Ġwanni 5:14).

David apparentement kien jibda minn sbieħ il-jum bit-talb. X’hemm aħjar? Appena għajnejh jiftaħhom għad-dawl taż-żerniq, jidderiġihom lejn il-Mulej, ir-ragħaj tiegħu, is-sur setgħan tiegħu, ir-rifuġju u l-ħellies tiegħu mill-għedewwa. Wara li lsienu kien marbut fl-irqad sieket, l-ewwel ħoss ta’ leħnu kien ikun indirizzat lill-Ħallieq u l-Ħabbej tiegħu.

Il-prattika dixxiplinata tiegħu hi rrekordjata indubjament għall-istruzzjoni tagħna. Irranġa l-orarju tiegħek, mela, biex tibda kull ġurnata mal-Mulej. Hekk ikollok kull awgurju biex tkompliha u tispiċċaha miegħu wkoll.

Talba: “Omm kapaċi tinsa lil uliedha, Mulej, iżda int tafna u rbattna miegħek b’patt etern. Jaqgħu l-kwiekeb iżda l-wegħda tiegħek lejna la tixkana mal-art u wisq inqas tisfuma fix-xejn. Ħarisna u proteġina; ħa jiddi dawl wiċċek fuqna. Agħtina s-sliem, dik is-sħuħija fil-persuna tagħna li tiġi mingħandek biss. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...