Skip to main content

L-Imħabba

“’L Alla ħadd qatt ma rah; imma jekk inħobbu ’l xulxin, Alla jgħammar fina u mħabbtu hi pperfezzjonata fina. B’dan nafu illi ngħammru fih u hu fina, għax tana mill-Ispirtu tiegħu. U aħna rajna u nixhdu illi l-Missier bagħat l-Iben bħala s-Salvatur tad-dinja. Kull min jistqarr illi Ġesù hu Bin Alla, Alla jgħammar fih u hu f’Alla. U allura aħna għarafna u emminna l-imħabba li Alla għandu għalina. Alla hu mħabba, u min jgħammar fl-imħabba jgħammar f’Alla, u Alla jgħammar fih” (1 Ġwanni 4:12-16).

L-imħabba hi dak il-ġojjell ewlieni fin-natura umana, imġedda fi Kristu, li tiddomanda biex tkun valutata kull fejn tinstab. 

Inkwantu r-relazzjonijiet tagħna ma’ ħaddieħor, l-imħabba mhux biss hi mimlija bil-benevolenza, iżda wkoll bil-benefiċjenza. Mhux biss trid, iżda tagħmel ukoll. L-imħabba li twessa’ l-qalb qatt ma ddejjaq l-id. Bniedem karitattevoli, iżda li mhuwiex safi, hu aħjar għal ħaddieħor milli għalih innifsu. 

Il-Kristjan ma jagħfasx fuq l-imħabba tant li jarmi l-verità; iżommhom bħala imprezzabbli t-tnejn. L-imħabba lejn Alla hi l-armatura tagħna kontra l-errur fatali. Minħabba li għandhom qlubhom privi mill-imħabba, in-nies jimlew moħħhom bl-iżball, u saħansitra bl-ereżija; opinjonijiet antiskritturali huma r-riżultat ta’ affezzjonijiet profani. 

Bin Alla ma ġiex biex jippossiedi mħuħna b’qabda opinjonijiet kiesħa, li jrawmu influwenza ta’ nġazz u passività fi qlubna. Kristu hu l-Imgħallem fil-ħajja, mhux fil-kulleġġ. L-aħjar dixxiplu tiegħu hu dak li qalbu tħabbat b’polz l-aktar pur, u taspira għall-Ġenna; mhuwiex dak li rasu tinseġ l-ifjen għanqbuta. 

Kristu jgħallimna nħobbu lil Alla bħala Alla. Jekk ir-rispett tiegħi lejn is-Salvatur jeżisti minħabba l-ħobżiet u l-ħut, qalbi tinġarr ’l hemm mal-qfief bil-loqom. Iżda jekk kapaċi nħobb ’l Alla għalli hu, bla motivi ulterjuri, din l-imħabba ttul lil hinn miż-żmien, u tegħleb il-mewt. Ftit huma dawk li jimxu warajh għall-imħabba; ħafna jimxu warajh biex jiddobbaw il-ħobż b’xejn. Ftit huma dawk li jsegwuh għall-eċċellenzi ġewwiena tiegħu, iżda bosta jsusu warajh għall-vantaġġi esterni tagħhom infushom. Ftit huma dawk li jsiru dixxipli biex jagħmilhom tajbin, mentri ħafna huma dawk li jsegwuh biex mingħalihom jagħmilhom kbar. 

Talba: “O Alla, int l-istess imħabba! Wassaltielna fl-għotja ineffabbli ta’ Ibnek stess, biex bih ngħixu quddiemek. Nesperjenzawha filli sawwabtha fina bl-Ispirtu s-Santu mogħti lilna. Ikkonvinċina illi mingħajr it-taħbit tagħna fl-imħabba ma nkunu xejn quddiemek ħlief żarżir u diskordja. Daħħalna kulma jmur f’armonija miegħek; għallimna nħobbu aktar u aktar. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Solitudni

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: waqt biex titwieled u waqt biex tmut; waqt li tħawwel u waqt li taqla’ l-imħawwel; waqt li toqtol u waqt li tfejjaq; waqt li tibki u waqt li tidħaq; waqt li tagħmel il-vistu u waqt li tiżfen; waqt li tarmi l-ġebel u waqt li tgeddes il-ġebel; waqt li titgħannaq u waqt li titbiegħed mit-tgħanniq; waqt li tfittex u waqt li titlef; waqt li terfa’ u waqt li tarmi; waqt li tqatta’ u waqt li tħit; waqt li tiskot u waqt li titkellem; waqt li tħobb u waqt li tobgħod; waqt ta’ gwerra u waqt ta’ sliem” (Ekkleżjażti 3:1-8). Is-solitudni, bħal-lupi bir-ragħwa f’ħalqu, tissajja fid-dellijiet tal-avversità, lesta biex taqbeż fuqi. Jgħidu fjakkola mkebbsa tgerrex lil-lupu u ma jersaqx lejk. Jheddek, imma jibqa’ distakkat. Il-fjakkola hi biss il-komunjoni li nista’ mmantni kostantement, bla interruzzjoni, mal-Missier. Imma rrid inżommha f’idi, mhux nitlaqa’ quddiem l-għarix. U nieħu ħsiebha, mhux nittraskuraha.  Inġerragħ is...