Skip to main content

Int Fina u Aħna Fik

“Hu jsaltan ukoll minn baħar sa baħar, u mix-xmara sa truf l-art. Dawk li jgixu fid-deżert jitbaxxew quddiemu, u l-għedewwa tiegħu jilagħqu t-trab. Is-slaten ta’ Tarsis u tal-gżejjer iġibulu rigali; is-slaten ta’ Xeba u Seba jagħtuh għotjiet. Iva, is-slaten kollha jqimuh; il-ġnus kollha jaqduh. Għax hu jeħles lill-fqir meta jsejjaħlu, u lill-imsejken ukoll, u lil dak li m’għandu ’l ħadd min jgħinu. Hu jkollu ħniena mid-dgħajjef u mill-fqir, u jsalva l-erwieħ tal-fqar. Hu jifdi lil ruħhom mill-qerq u mid-dnewwa, u għażiż ikun demmhom quddiemu” (Salmi 72:8-14). 

Il-batut jgħajjat; x’jista’ jagħmel iżjed? Alla jisma’ l-għajta tiegħu; x’hemm bżonn jagħmel iżjed? Jekk tinsab fil-bżonn, għajjat lill-Mulej, u ddumx, għax dan ikun għerf għalik. Tgħajjatx f’widnejn il-ħbieb, għax anke jekk jistgħu jgħinuk, jgħinuk għax il-Mulej jqawwihom biex jgħinuk. L-eqreb u l-eħfef triq hi li tirrikorri dritt għand il-Mulej, u tħalli l-għajta tiegħek titla’ quddiemu. Min jiġri dritt jiġri l-aħjar: iġri lejn il-Ħallieq, mhux lejn il-ħlejjaq. 

Forsi tgħid, “Jaħasra jien, m’għandi ebda ħabib; m’hemm ħadd min jgħinni.” Tant l-aħjar; tista’ tafda fuq Alla biex jissupplixxik u jagħtik b’xejn. Anke għall-bżonnijiet temporali, ittama f’Alla, għax jinteressah minn uliedu fil-ħwejjeġ għaddiena wkoll. Rigward il-bżonnijiet spiritwali tiegħek, li huma l-itqal, il-Mulej jisma’ l-għajta tiegħek, u jeħilsek u ma jħallikx nieqes.

Ja ħabib fqajjar, ipprova lil Alla sinjur tiegħek. O bniedem bla saħħa, mil fuq l-għajnuna tiegħu. Lili qatt ma ddiżappuntani, u ninsab ċert li miegħek jimxi l-istess. Ejja għandu bħala tallab, u Alla ma jirrifjutax milli jgħinek. Ippreżenta biss l-argument tal-grazzja tiegħu. 

Talba: “Ġesù, Sultan suprem u Sid ta’ kulma kien, hu u għad ikun, int ħarist lejn ix-xejn tagħna u frattant ilqajtna għandek. Mhux hekk biss, għamiltna sinjuri għax affermajtilna li kulma hu tiegħek hu tagħna; int fina u aħna fik. Grazzi tal-wegħda tremenda tiegħek: m’intix se tħallina nintilfu fi bżonnijietna.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...