Skip to main content

Imħabba Sorprendenti

“Tassew, int toqtol il-ħażin, o Alla; għalhekk tbiegħdu minni, ja rġiel tad-dmija. Għax huma jitkellmu kontrik bil-qerq, u l-għedewwa tiegħek jieħdu jismek għalxejn. M’għandix nobgħodhom, o Mulej, lil dawk li jobogħduk? M’għandix nistmellhom lil dawk li jqumu kontra tiegħek? Nobgħodhom bl-ikbar mibegħda; ngħoddhom b’għedewwa tiegħi. Għarbilni, o Mulej, u agħraf lil qalbi; ġarrabni, u kun af ħsibijieti; u ara jekk hemmx xi triq ħażina fija, u mexxini fit-triq ta’ dejjem” (Salmi 139:19-24).

Bħalma ragħaj ma jehdiex milli jobgħod ferħ ta’ lupu avolja jkun għadu ma ħabatx għan-nagħaġ, u bħalma l-bniedem iħares biċ-ċiera lejn serp għadu żgħir minkejja li għadu ma beżaqx semmu, hekk il-Mulej jittratta magħna, u bir-raġun. Jiġġudikana bħala denji tal-mewt minħabba n-natura perversa u mniġġsa fina, u dan minn ġuf ommna, minħabba x-xeħta għad-dnub maħduma fina. David jistqarr: “Ara, jien kont imsawwar fil-ħażen, u fid-dnub nisslitni ommi” (Salmi 51:5).

Għax meta Adam dineb, billi kien ir-rappreżentant tagħna lkoll, miegħu u fih Alla jqis li dinbet l-umanità. “Għalhekk, bħalma daħal id-dnub fid-dinja permezz ta’ bniedem wieħed, u l-mewt permezz tad-dnub, u hekk il-mewt għaddiet għall-bnedmin kollha, peress li kollha dinbu – għax id-dnub kien fid-dinja qabel ma ngħatat il-liġi, imma d-dnub mhux magħdud meta m’hemmx liġi” (Rumani 5:12-13). 

Mela kieku l-Mulej kellu jikkundannana lkoll, ma kien ikun qed jagħmlilna xejn inġustizzja, imma jroddilna biss dak li jistħoqqilna fin-natura tagħna. Allura meta jgħid bla ħabi, “Ħabbejt lil Ġakobb, imma bgħadt lil Għeżaw” (Rumani 9:13), l-għaġeb jew sorpriża m’għandhiex tkun illi jobgħod lil xi midinbin, bħalma kien Għeżaw, iżda illi jħobb lil xi wħud, li ma ħaqqhomx imħabbtu. Ovvjament, il-bnedmin jippretendu li Alla hu obbligat iħobbhom, avolja tilfu l-qagħda tagħhom quddiemu minħabba d-diżubbidjenza lejh. Fil-ġustizzja tiegħu Alla jkollu jiġġudika u jmantni qdusitu.

Frattant Alla afferma kemm-il darba illi ma jieħu ebda pjaċir bit-telfien tal-ħżiena. Ir-rabja tiegħu, bħat-tempju ta’ Dagon li Sansun waqqa’ fuq rasu stess, ma tinżilx fuqna ħlief meta niġbduha fuqna nfusna bi dnubna. U bħalma d-dispjaċir ta’ sultan iqanqal lis-sudditi kontra l-għadu tiegħu, hekk id-dispjaċir divin iqabbad il-ħlejjaq tiegħu kontra l-midneb. 

Talba: “O Alla qaddis, tabilħaqq ma niħdux gost meta naraw midinbin jisfidawk, jiħħielqu bik u saħansitra jaffermaw illi lanqas biss teżisti. Int tissaportihom, però nafu illi appena jmutu fi dnubiethom ma jsibu xejn mingħandek ħlief għadab u qilla, għax int ma tiffrankahiex lill-ħatja. Grazzi, Mulej, talli int ħabbejtna bħalma ħabbejt lil Ġakobb, sabiex l-għan tiegħek skont l-għażla jibqa’. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Solitudni

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: waqt biex titwieled u waqt biex tmut; waqt li tħawwel u waqt li taqla’ l-imħawwel; waqt li toqtol u waqt li tfejjaq; waqt li tibki u waqt li tidħaq; waqt li tagħmel il-vistu u waqt li tiżfen; waqt li tarmi l-ġebel u waqt li tgeddes il-ġebel; waqt li titgħannaq u waqt li titbiegħed mit-tgħanniq; waqt li tfittex u waqt li titlef; waqt li terfa’ u waqt li tarmi; waqt li tqatta’ u waqt li tħit; waqt li tiskot u waqt li titkellem; waqt li tħobb u waqt li tobgħod; waqt ta’ gwerra u waqt ta’ sliem” (Ekkleżjażti 3:1-8). Is-solitudni, bħal-lupi bir-ragħwa f’ħalqu, tissajja fid-dellijiet tal-avversità, lesta biex taqbeż fuqi. Jgħidu fjakkola mkebbsa tgerrex lil-lupu u ma jersaqx lejk. Jheddek, imma jibqa’ distakkat. Il-fjakkola hi biss il-komunjoni li nista’ mmantni kostantement, bla interruzzjoni, mal-Missier. Imma rrid inżommha f’idi, mhux nitlaqa’ quddiem l-għarix. U nieħu ħsiebha, mhux nittraskuraha.  Inġerragħ is...