Skip to main content

Marija Mbierka

“Marija qalet, ‘Ruħi timmanjifika lis-Sid u l-ispirtu tiegħi jeżulta f’Alla s-Salvatur tiegħi, għax ħares lejn l-istat umli tal-qaddejja tiegħu. Ara, minn issa ’l quddiem il-ġenerazzjonijiet kollha se jsejħuli mbierka. Għax is-Setgħani għamel għalija ħwejjeġ kbar; qaddis hu ismu. Il-miżerikordja tiegħu testendi għal dawk li jibżgħu minnu minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni. Għamel għemejjel potenti bi driegħu; ferrex lis-suppervi fil-ħsibijiet ta’ qalbhom; niżżel lill-potentati mit-tronijiet tagħhom imma għolla lill-umli’” (Luqa 1:47-52).

Kemm kellha raġun meta x-xbejba ta’ Nażaret profetizzat li kull nisel għad isejħilha hienja. Indubjament hi mbierka għal dejjem; fuq hekk ħadd mhu lest jargumenta, għax il-favur divin lejha jiddi u jibbrilla.

Wistin ta’ Ippona jesprimi lilu nnifsu hekk f’waħda mill-prietki tiegħu: “Ħarsu ħuti, u aħsbu sew, nitlobkom, fuq dak li qal Kristu l-Mulej meta medd idu lejn id-dixxipli, ‘Dawn, araw, huma ommi u ħuti. Għax kull min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet, dak huwa ħija, u oħti, u ommi.’ M’għamlitx il-verġni Marija r-rieda tal-Missier? Irrid ngħid, hi emmnet bil-fidi, nisslet bil-fidi, kienet magħżula mir-razza umana biex tkun hi li minnha jitwieled is-Salvatur. Kienet maħluqa minn Kristu qabel Kristu tnissel fiha. Iva, tassew, l-imqaddsa Marija wettqet ir-rieda tal-Missier. Għalhekk għal Marija ifisser aktar li kienet dixxiplu ta’ Kristu milli kienet omm Kristu. Hija barka akbar għaliha li kienet dixxiplu ta’ Kristu milli kienet ommu. Għalhekk Marija kienet mbierka, għax anke qabel welldet, hi ġarret l-Imgħallem tagħha f’ġufha.

“Araw jekk dak li qed ngħid hux minnu. Darba waħda waqt l-Mulej kien għaddej, iwettaq mirakli divini, u l-folol mixjin warajh, waħda mara qalet: ‘Hieni l-ġuf li ġabek u s-sider li rdajt.’ U kif wieġeb il-Mulej biex juri li l-hena m’għandniex infittxuha fl-irbit tal-familja? ‘Imma tassew ngħidlek, aktar hienja dawk li jisimgħu Kelmet Alla u jħarsuha.’ Għalhekk, mela, Marija wkoll hi mbierka, għax semgħet il-Kelma t’Alla u żammitha. Hi ħarset il-verità f’moħħha aħjar milli ħarset il-ġisem f’ġufha. Kristu hu l-verità; Kristu hu ġisem; Kristu bħala l-verità kien f’moħħ Marija; Kristu fil-ġisem kien f’ġufha, u dak li hu fil-moħħ hu akbar minn dak li jinġarr fil-ġuf.”

Talba: “Nirrealizza, Mgħallem tiegħi, illi mqar jekk tagħtina privileġġi kbar u pożizzjoni għolja, jekk ma nafdawx fik għas-salvazzjoni tagħna, kulma jkun ingħatalna jitteħdilna. Għinna naċċertaw ruħna li ninsabu realment fil-grazzja tiegħek, u ħalli din l-istess grazzja tħarriġna sabiex niċħdu l-empjetà u l-passjonijiet mondani, u ngħixu sensibbilment, ġustament u pjetożament f’daż-żmien preżenti. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Id-Drawwa

“Ġesù rritorna fis-setgħa tal-Ispirtu fil-Galilija, u r-rapport dwaru infirex mal-inħawi kollha. Hu għallem fis-sinagogi tagħhom, imfaħħar minn kulħadd. Mar f’Nażaret, fejn trabba, u skont id-drawwa tiegħu mar fis-sinagoga f’jum is-Sibt. U qam biex jaqra Tnewwillu l-iskroll tal-profeta Isaija. Fetaħ l-iskroll u sab il-post fejn kien hemm miktub: ‘L-Ispirtu tas-Sid fuqi għax unzjonani ħalli nxandar l-evanġelju lill-foqra. Bagħatni nipproklama l-liberazzjoni lill-ikkaptivati, u dawl mill-ġdid lill-għomja, nibgħat illiberati lill-oppressati, nipproklama s-sena favorevoli tas-Sid.’ Imbagħad gerbeb l-iskroll, raddu lill-attendent u ntnasab bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu ssommati fuqu, u beda billi qalilhom, “Illum twettqet din l-Iskrittura li għadkom kemm smajtu’” (Luqa 4:14-21).  Hu sinifikanti ħafna kif hawn jingħad illi Ġesù attenda l-qima fis-sinagoga “skont id-drawwa tiegħu.”  Id-drawwa, imħaddma tajjeb u bil-għaqal, fiha valur imprezzabbli. Issirilna t-tien

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis

L-Art Hi Tal-Mulej

“L-art tal-Mulej, u kulma fiha; id-dinja, u dawk li jgħammru fiha. Fuq l-ibħra għamel is-sisien tagħha, u fis-sod waqqafha fuq ix-xmajjar. Min jitla’ fuq l-għolja tal-Mulej? Jew min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu? Min għandu jdejh indaf u qalbu safja; min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, u lanqas jaħlef bil-qerq. Bniedem bħal dan ikollu l-barka tal-Mulej, u l-ħaqq minn Alla tas-salvazzjoni tiegħu” (Salmi 24:1-5).  Ir-rivelazzjoni speċjali tikkonvinċini dwar is-saltna universali, u s-saltna ta’ ġustizzja, sliem u ferħ fl-Ispirtu. Ladarba Alla Trinità ħalaq kollox skont ir-rieda tiegħu, mela d-dinja, dak kollu viżibbli u inviżibbli, huwa tiegħu! La oriġinatur, pussessur! Dal-pilastru tal-verità jeħtieġ jibqa’ bla mittiefes, altrimenti r-reliġjon tagħna tisfa materjalista. Il-Mulej huwa Kreatur, mhux għas-sebħ u l-unur ta’ xi razza partikolari, jew imqar għall-bnedmin, imma għalih innifsu, u sekondarjament għall-ġid u l-barka tagħna. Distinzjonijiet u privileġġi pekuljari, nazzj