Skip to main content

L-Aħjar Għażliet

“Anzi, aktar minn hekk, nikkonsidra saħansitra kollox bħala telf minħabba l-valur wisq aktar superjuri li nkun naf lil Kristu Ġesù Sidi. Minħabba fih irrinunzjajt il-ħwejeġ kollha, u nikkonsidrahom biss żibel sabiex niggwadanja ’l Kristu u ninstab fih, mhux li għandi l-ġustizzja personali tiegħi, dik derivata mil-liġi, iżda dik li tiġi permezz tal-fidi fi Kristu – il-ġustizzja mingħand Alla bbażata fuq il-fidi - ħalli nkun naf lil Kristu u s-setgħa tar-resurrezzjoni tiegħu u x-xirka tas-sofferenzi tiegħu, billi nkun ikkonformat ma’ mewtu, sabiex b’xi mod nilħaq ir-resurrezzjoni mill-imwiet” (Filippin 3:8-11).

Il-Kristjan, bħal Marija meta laqgħet lil Ġesù f’darha u ntefgħat ma’ riġlejh tisimgħu, messu dejjem jagħmel l-aħjar għażliet. L-aqwa ħaġa hu t-tagħrif salviviku t’Alla tagħna, manifestat f’Ibnu. Hawn jinġabar l-għerf, il-qdusija u l-feliċità kollha tagħna. Tkun taf lil Ġesù jimplika temmen fih. Temmen fih tissinifika tħobbu. Tħobbu billi tosserva l-kmandamenti tiegħu. 

F’kull qagħda, f’kull staġun, u f’kull ċirkostanza jew post, dil-ħaġa essenzjali, it-tagħrif vitali ta’ Ġesù, dejjem neħtiġuh. Hu l-appan tal-bluha naħsbu li nistgħu ngħaddu mingħajru. Jekk il-Kristjan igawdi s-saħħa fiżika, ħa jrodd ħajr; iżda kemm messu jeżulta illi jagħraf lil Alla. Dan hu s-sliem u l-hena tiegħu. Jekk għaddej mill-mard, il-fatt li jagħraf lil Ġesù hu l-aqwa mediċina għalih, li terfgħu u tirrestawrah. 

Jekk hu mġarrab, l-iprem konsolazzjoni hi illi Ġesù wkoll kien imġarrab bħalna f’kollox, sabiex ikun kwalifikat biex jissokkorri lill-imġarrba. Jekk il-Kristjan hu ssikkat bid-dnub, u l-kuxjenza tikkundannah, kapaċi jisfida u jgħid, “Min se jġib xi akkuża kontra l-magħżulin t’Alla? Alla hu dak li jiġġustifika” (Rumani 8:33). Kapaċi jiddikjara bl-ikbar konfidenza, “Issa m’hemm ebda kundanna għal dawk fi Kristu Ġesù” (Rumani 8:1). 

Jekk il-Kristjan hu mbeżża’ mill-mewt, it-tagħrif tal-evanġelju jgħinu jżarmaha mill-qawwa u n-niggieża tagħha, li hi l-liġi u d-dnub. Hekk ikun kapaċi jisfida trijonfalment, “Ja mewt, fejn hi l-vittorja tiegħek? Ja mewt, fejn hi n-niggieża tiegħek?” (1 Korintin 15:55). Filli joppossiedi l-ħaġa waħda, il-ħaġa indispensabbli, hu preparat biex jiltaqa’ m’Alla wiċċ imb wiċċ. 

Talba: “Alla Missieri, int diġà trattajt il-ħtija tiegħi billi ġġustifikajtni bid-demm ta’ Ibnek; qed tittratta miegħi billi bl-Ispirtu tħarriġni biex ma nibqax taħt id-dominju kattiv tad-dnub; wegħidtni saħansitra li għad teħodni f’darek fejn inkun meħlus mill-istess preżenza tad-dnub. Ħalleluja! Glorja u foħrija lilek.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...