Skip to main content

Dari u Dar Alla

“Hieni kull min jibqa’ mill-Mulej u jimxi fi triqatu! Għax int tiekol minn xogħol idejk; hieni int, u jaħbatlek tajjeb! Martek tkun bħal dielja li tagħmel il-frott fl-irkejjen ta’ darek; uliedek ikunu bħal xital taż-żebbuġ madwar il-mejda tiegħek. Ara, hekk ikun imbierek il-bniedem li jibża’ mill-Mulej. Il-Mulej ibierkek minn Sijon, u int tara l-ġid ta’ Ġerusalem tul ħajtek kollha. Iva, int tara wlied uliedek! Is-sliem fuq Iżrael!” (Salmi 128:1-6).

Din hi wegħda mogħtija lil wieħed li jibża’ minn Alla u jimxi fi triqat il-qdusija bla ipokresija. Ikollu barka domestika; martu u wliedu jkunulu sors ta’ kuntentizza kbira fid-dar. Bħala membru tal-knisja jixtieq jara l-kawża t’Alla ssib ir-risq, għax jinsab ikkonċernat għal dar il-Mulej, daqskemm hu kkonċernat għal daru. Meta l-Mulej jibni darna, jixraq ukoll li nikkoltivaw ix-xewqa li naraw dar il-Mulej mibnija wkoll. It-tajjeb u l-ġid tagħna mhuwiex verament tajjeb jekk kemm-il darba ma mmexxux ’il quddiem il-ġid tal-knisja maħtura t’Alla bih. 

Iva, tieħu barka meta titla’ fil-ġemgħat ta’ Sijon; tkun mgħallem, mgħajjex u mfarraġ, fejn jitla’ t-talb u t-tifħir, u tingħata xhieda tas-Sagrifiċċju l-Kbir. “Il-Mulej ibierkek minn Sijon.”

Mhux int biss tiggwadanja. Il-knisja wkoll tagħmel progress; il-fidili jkunu mmultiplikati. Ix-xogħol qaddis tagħhom ikun inkurunat bis-suċċess. Alla jwettaq din il-wegħda f’ċerti nies grazzjużi tul għomorhom kollu. Meta jmutu l-kawża ta’ Kristu sikwit tmur lura. Ejjew inkunu fost dawk li nġibu aħbarijiet tajba lil Ġerusalem ħajjitna kollha.

Talba: “Bħalma kont dari hekk għadek illum, Mulej, għax int ma tinbidilx. Xorta waħda għadek tressaq nies lejk biex jgħammru taħt il-ħarsien tiegħek u jesperjenzaw barkiet speċjali mingħandek. Iffavorini biex inkun it-tali persuna, biex nara l-ġid għall-knisja tiegħek tul għomri. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...