Skip to main content

It-Trasferiment

“Minħabba f’hekk, mill-jum li smajna bikom, aħna ma hedejniex nitolbu għalikom u nissupplikaw ’l Alla sabiex timtlew bit-tagħrif tal-volontà tiegħu f’kull għerf u fehma spiritwali, ħalli timxu denjament tas-Sid u togħġbuh f’kull rispett billi tagħmlu l-frott f’kull opra tajba u tikbru fil-konoxxenza t’Alla; imsaħħin b’kull setgħa, skont il-potenza glorjuża tiegħu ħalli tiksbu kull perseveranza u paċenzja, u bil-ferħ tirringrazzjaw lill-Missier, li kkwalifikakom biex tixxerjaw fil-wirt tal-qaddisin fis-saltna tad-dawl. Għax ħelisna mid-dominju tad-dlam, u ttrasferiena għas-saltna tal-Iben il-maħbub, li fih għandna l-fidwa, il-maħfra tad-dnubiet” (Kolossin 1:9-14).

Mill-ħakma tad-dlam ninsabu trasferiti għas-saltna tad-dawl. Kif jista’ jkun? Kif seħħ dat-trasferiment? Il-Bibbja tagħti konsistentement tweġiba waħda: bi grazzja divina. Ġesù, fit-talba tiegħu lill-Missier, jgħid, “Għax tajtu l-awtorità fuq l-umanità kollha sabiex lil kull min tajt lilu jagħtihom il-ħajja eterna” (Ġwanni 17:2). 

F’okkażżjoni oħra talab, “Niżżik ħajr, Missier, Sid is-sema u l-art, għax ħbejt dawn il-ħwejjeġ mill-għorrief u l-intelliġenti, u rrivelajthom lit-tfal ċkejknin. Iva, Missier, għax hekk għoġbok. Kollox kien kommess lili minn Missieri. Ħadd ma jaf lill-Iben ħlief il-Missier, lanqas ħadd ma jaf lill-Missier ħlief l-Iben, u dak li lilu l-Iben, jekk irid, jirrivelahulu” (Mattew 11:25-27). 

X’teffettwa l-grazzja! U x’mhix kapaċi tikseb! X’inkuraġġiment ħelu għall-agħar viljakk! Ħares lejn Ġesù u ma tirgħexx. Jekk nieħdu ż-żewġ briganti misluba fuq il-Kalvarju, wieħed fuq kull naħa tiegħu, naraw x’differenza jagħmel. Wieħed minnhom, niedem, appellalu, “Sid Ġesù, ftakar fija.” Talba ħierġa minn qalb enerġizzata bil-grazzja. 

It-tweġiba hi illustri. “Illum stess tkun miegħi fil-Ġenna.” Kienet il-grazzja ta’ Sidna Ġesù illi salvat dal-ħalliel, hekk illi safa tradott minn fuq salib aħrax fuq l-art għall-kuruna fil-glorja. Jista’ jkollok karattru amabbli, doċli u pożittiv, tista’ tkun persuna sewwa u ċivili: xorta waħda jeħtieġlek tħares lejn Kristu bil-fidi. Hemm fuq il-Golgota nħadmet is-salvazzjoni. Hemm biss insibu l-ftaħir tagħna. B’mewt il-Ħaruf ngħixu aħna. Il-mitluf, mimsus bis-salib, hu salvat. 

Talba: “Missier smewwieti, inroddulek ħajr talli trasferejtna mid-dominju ta’ Satana għas-saltna t’Ibnek il-Maħbub. Grazzi għall-Ispirtu tiegħek li b’konvinzjoni għamilna kapaċi nafdaw fis-Salvatur Ġesù, kif ukoll jikkonformana miegħu, ħalli hekk jagħmilna preparati biex nidħlu fil-wirt etern. Ħalleluja. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Solitudni

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: waqt biex titwieled u waqt biex tmut; waqt li tħawwel u waqt li taqla’ l-imħawwel; waqt li toqtol u waqt li tfejjaq; waqt li tibki u waqt li tidħaq; waqt li tagħmel il-vistu u waqt li tiżfen; waqt li tarmi l-ġebel u waqt li tgeddes il-ġebel; waqt li titgħannaq u waqt li titbiegħed mit-tgħanniq; waqt li tfittex u waqt li titlef; waqt li terfa’ u waqt li tarmi; waqt li tqatta’ u waqt li tħit; waqt li tiskot u waqt li titkellem; waqt li tħobb u waqt li tobgħod; waqt ta’ gwerra u waqt ta’ sliem” (Ekkleżjażti 3:1-8). Is-solitudni, bħal-lupi bir-ragħwa f’ħalqu, tissajja fid-dellijiet tal-avversità, lesta biex taqbeż fuqi. Jgħidu fjakkola mkebbsa tgerrex lil-lupu u ma jersaqx lejk. Jheddek, imma jibqa’ distakkat. Il-fjakkola hi biss il-komunjoni li nista’ mmantni kostantement, bla interruzzjoni, mal-Missier. Imma rrid inżommha f’idi, mhux nitlaqa’ quddiem l-għarix. U nieħu ħsiebha, mhux nittraskuraha.  Inġerragħ is...