Skip to main content

Il-Qabar Vojt

“Malli daħlu ġewwa l-qabar, raw ġuvnott bilqiegħda fuq il-lemin, imxedded ċulqana bajda, u kienu allarmati. Imma hu qalilhom, ‘Tallarmawx irwieħkom. Qed tfittxu ’l Ġesù n-Nazzarenu, li kien mislub. Hu rxoxtat! Mhuwiex hawn. Araw, hawn hu l-post fejn qegħduh. Iżda morru, għidu lid-dixxipli tiegħu u ’l Pietru illi sejjer qabilkom fil-Galilija. Hemmhekk se tarawh, proprjament bħalma qalilkom.’ In-nisa ħarġu u ħarbu mill-qabar, għax qabadhom it-tregħid u l-iskantament. Ma qalu xejn lil ħadd, għax beżgħu” (Mark 16:5-8).

Il-fidi tagħna hi msejsa irrevokabbilment u essenzjalment fuq l-għemil mirakoluż t’Alla: il-ħolqien, l-inkarnazzjoni t’Ibnu, l-irxoxt tiegħu mill-qabar li hu l-garanzija tal-irxoxt tagħna fl-aħħar jum. Mingħajr ir-reżurrezzjoni ta’ Kristu l-fidi tagħna hi ċajta goffa, u d-dnub jibqa’ kkakkmat ma’ ruħna. Apparti l-miraklu suprem li seħħ fl-ewwel Għid il-Kbir, Alla fi stadji diversi matul l-istorja tas-salvazzjoni interviena bl-għemil speċjali, sorprendenti u spettakolari tiegħu, biex jawtentika u jikkonferma l-messaġġiera tiegħu (profeti, appostli, u fuq kollox lil Ibnu stess), isaħħaħna fil-fidi, u jurini l-għan tiegħu. 

Stephen Charnock imur oltre minn hekk. Jgħid, “Insejħulhom mirakli kulma hu mwettaq barra mill-korsa tan-natura, u kuntrarju għan-nixxiegħa u l-kurrent tagħha. In-nies jimmeraviljaw bil-mirakli għax rari jarawhom jew jisimgħu dwarhom, u jqisuhom bħala avvenimenti rari fid-dinja. Fil-verità, hemm aktar qawwa espressa fl-istazzjon ordinarju u l-mozzjoni ta’ kawżi naturali, milli f’dawk il-ħidmiet straordinarji ta’ setgħa….

“In-nar jiddistruġġi u jikkonsma kontinwament, u b’lupa kbira jibla’ kulma hu offrut quddiemu. Għalija dan hu l-effett ta’ qawwa daqstant potenti bħalma kien il-waqfien tal-aptit tan-nar għal ftit mumenti bħal fil-każ tat-tlett itfal. Jerġa’, it-tkabbir ta’ ftit żerriegħa żgħira mill-ħamrija, b’multiplikazzjoni tal-posterità numeruża tagħhom, hi effett ta’ qawwa daqstant kbira bħat-tmigħ ta’ bosta eluf bi ftit ħobżiet b’awmentazzjoni sigrieta minn id is-Salvatur. Il-kimika li tipproduċi l-għenba delizzjuża minn art niexfa, xita insipida, u dielja morra, hi għelm daqstant ammirabbli ta’ setgħa divina bħal meta l-Feddej tagħna ttrasforma l-ilma f’inbid.”

Għadd ta’ Kristjani moderni jippretendu li l-mirakli jibqgħu jseħħu matul iż-żminijiet, għall-benefiċċju ta’ kull ġenerazzjoni. Evidentement dan mhuwiex fil-pjan t’Alla. 

Richard Baxter jargumenta hekk: “Għandna l-użu sħiħ u l-benefiċċju tal-Ispirtu s-Santu li kien mogħti fil-bidu. Dak is-siġill li f’dak iż-żmien ingħata lid-dottrina Kristjana, inkorporata fl-Iskrittura, għadu validu. Meta Kristu ta prova sħiħa lid-dinja dwar ir-realtà tal-medjazzjoni tiegħu, dwar il-karigi u d-dottrina tiegħu, niddomandaw mingħandu illi jkompli l-istess azzjonijiet indefinittivament? Mhuwiex biżżejjed, ewwilla, illi ssiġilla kollox darba? Ikollu jqiegħed siġill ġdid għal kull bniedem li jisħaq għalih f’kull żmien? 

“Jekk hu hekk, il-mirakli ma jibqgħux mirakli. Jaqaw sid il-kera huwa kostrett jissiġilla d-dokument tal-kirja tiegħek mill-ġdid sempliċement għax bi traskuraġni tilmenta dwar is-siġill diġà mogħti tiegħu? Allura, jekk Kristu għamel mirakli fost l-eluf, kull bniedem li ma kienx preżenti jista’ jersaq fuqu u jinsisti, ‘Agħmel l-istess mirakli quddiemi wkoll, għax inkella ma nemminx fik.’ Se ġġib ’l Alla f’dil-pożizzjoni, illi bilfors ikollu jagħmel mirakli kostanti f’kull żmien, u quddiem kull persuna, jew inkella ma jkunx emmnut?”

Talba: “Mulej Ġesù, jiena nemmen fik! Nemmen għax ebda bniedem ieħor ma wettaq għemejjel meraviljużi u setgħana bħalma għamilt int, b’xhieda kotrana. Nemmen għax għelibt il-mewt, bħalma bassart, u issa qed tgħammar f’qalbi, renjanti fuq id-dnub u kull forza tad-dlamijiet. Infaħħrek, Ħellies potenti tiegħi. Kompli aħdem fija r-rieda qaddisa tiegħek. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Għajnejja

“Lejk nerfa’ għajnejja, o int li tgħammar fis-smewwiet. Ara, bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn id sidhom, u bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn sidtha, hekk għajnejna jħarsu lejn il-Mulej, Alla tagħna, sakemm ikollu ħniena minna. Ħenn għalina, o Mulej, ħenn għalina, għax aħna mxebbgħin għall-aħħar bit-tgħajjir. Ruħna mxebbgħa żżejjed biż-żebliħ ta’ dawk li huma paxxuti, u bit-tgħajjir tal-imkabbrin” (Salmi 123:1-4).  Huwa adatt li aħna nitolbu għar-rilif mill-istmellija. Sakemm għandna n-nifs, huwa preġju u żina għalina li nfittxu ’l Alla għall-għajnuna u gwida. Evidentement das-salm huwa t-tnegħida ta’ wieħed (ma’ fidili sħabu oħrajn) li jinsab fl-arena, f’sitwazzjoni iebsa, imkeskes minn nies ħżiena u mgħobbi bl-istmellija u d-disgust tagħhom.  Imma Alla, li jippermetti d-dwejjaq jinvistana biex sikwit jgħammar magħna, jista’ jneħħih, isostnina taħtu jew jislet il-ġid minnu. Kif jista’ Alla jwarrab talb bħal dan, kif imlissen hawn? Alla kapaċi u difatti ...

Id-Drawwa

“Ġesù rritorna fis-setgħa tal-Ispirtu fil-Galilija, u r-rapport dwaru infirex mal-inħawi kollha. Hu għallem fis-sinagogi tagħhom, imfaħħar minn kulħadd. Mar f’Nażaret, fejn trabba, u skont id-drawwa tiegħu mar fis-sinagoga f’jum is-Sibt. U qam biex jaqra Tnewwillu l-iskroll tal-profeta Isaija. Fetaħ l-iskroll u sab il-post fejn kien hemm miktub: ‘L-Ispirtu tas-Sid fuqi għax unzjonani ħalli nxandar l-evanġelju lill-foqra. Bagħatni nipproklama l-liberazzjoni lill-ikkaptivati, u dawl mill-ġdid lill-għomja, nibgħat illiberati lill-oppressati, nipproklama s-sena favorevoli tas-Sid.’ Imbagħad gerbeb l-iskroll, raddu lill-attendent u ntnasab bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu ssommati fuqu, u beda billi qalilhom, “Illum twettqet din l-Iskrittura li għadkom kemm smajtu’” (Luqa 4:14-21).  Hu sinifikanti ħafna kif hawn jingħad illi Ġesù attenda l-qima fis-sinagoga “skont id-drawwa tiegħu.”  Id-drawwa, imħaddma tajjeb u bil-għaqal, fiha valur imprezzabbli. Issiril...