Skip to main content

Sultan Fuq l-Art Kollha

“U jiġri dakinhar illi ma jkunx hemm dawl; id-dawwaliet inaqqsu d-dawl tagħhom. Għax ikun jum uniku, magħruf mill-Mulej, li ma jkun la nhar u lanqas lejl, iżda flgħaxija jkun id-dawl. F’dak il-jum joħroġ ilma ġieri minn Ġerusalemm; nofsu lejn il-baħar tal-Lvant, u n-nofs l-ieħor lejn il-baħar tal-Punent; jiġri fis-sajf u fix-xitwa. U l-Mulej ikun sultan fuq l-art kollha: f’dak il-jum il-Mulej ikun l-uniku, u uniku jkun ismu” (Żakkarija 14:6-9).

Xi prospett imbierek! Din mhix ħolma ta’ xi wieħed fanatiku, iżda d-dikjarazzjoni tal-Kelma infallibbli. Il-Mulej ikun magħruf fost il-popli kollha, u l-gvern grazzjuż tiegħu jkun rikonoxxut minn kull tribù tal-bniedem. Hawn tingħatalna togħma tal-barkiet li għad jissawbu fuq l-art permezz tal-knisja u x-xandir fidil tal-evanġelju. L-ilma ġieri hu simboliku tal-barka divina li għad trid tilħaq id-dinja. 

Illum mhux hekk. Ftit huma dawk li jmilu quddiem is-Sultan il-Kbir. Illum ir-ribelljoni hi mirfuxa mal-erbat irjieħ; kulħadd għandu l-allat tiegħu. Anke fost dawk imsejħa Kristjani hemm diversità kbira ta’ ideat dwaru u dwar l-evanġelju tiegħu! Iżda għad jasal il-jum meta jkun hemm Sultan wieħed, Mulej wieħed, u isem wieħed għal Alla l-ħaj. O Mulej, għaġġel biex dan iseħħ! Kuljum ngħajtu, “Tiġi saltnatek.” 

Daqskemm ċertament tkellem l-Ispirtu s-Santu bil-profeti, daqshekk ieħor ċerti li xi darba l-art għad tkun mimlija bil-glorja tal-Mulej. L-awtorità leċita tas-Sid Ġesù għad tkun rikonoxxuta. S’issa l-bnedmin irribellaw kontra Alla l-ħaj, u qdew diversi leblibiet, xewqat u frugħat; għamlu għalihom infushom diversi allat. Iżda għad jistqarru lill-Ħakkiem leġittmu tagħhom, u lkoll jikkunfessaw l-istess Alla, il-Ħallieq tagħhom. 

Ġesù Kristu ma mietx għalxejn. L-għanijiet eterni tal-Missier mhux se jkunu frustrati. Hawnhekk, fejn Satana ttrijonfa, Ġesù Kristu għad ikun inkurunat, u l-Mulej Alla, l-Omnipotenti, għad jirrenja. Ejjew immorru fuq xogħolna u t-taqbid tagħna, magħmulin qawwija fil-fidi. Ma jaqbilx, quddiem dil-profezija meraviljuża, illi nintimidaw ruħna u nċedu għat-theddid tal-għadu. Finalment il-vittorja hi tal-Feddej li qam mill-qabar. 

Talba: “Xennaqna aktar u aktar bit-tama, Missier Alla tas-sema, għax nafu li t-tama mħawla fina ma tistax tkiddna jew tiddiżappuntana, għax hi marbuta sfiq mal-wegħda infallibbli tiegħek. Tifħir u glorja lilek, Sultan tan-ġnus. O li naraw dak iż-żmien meta truf l-art jiftakru u jerġgħu lura għandek, u l-familji kollha tal-ġnus iqimu quddiemek. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...