Skip to main content

Qorob it-Tmiem


“Qorob it-tmiem ta’ kollox. Mela kunu sensibbli u sobriji għat-talb. Fuq kollox, araw li jkollkom imħabba ferventi għal xulxin, għax l-imħabba tgħatti multitudni ta’ dnubiet. Kunu ospitali lejn xulxin mingħajr tgemgim. Bħalma kull wieħed irċieva xi don speċjali, araw li tħaddmuh ħalli sservu ’l xulxin bħala dispensieri tajbin tal-grazzja varjata t’Alla” (1 Pietru 4:7-10). 

Il-kelma tal-grazzja u l-verità, bħal tabib għaqli, tippreskrivi speċijiet differenti ta’ riċetti għar-ruħ. Kultant hi xarba qarsa ta’ afflizzjoni, u drabi oħra balzmu ta’ fidi li jsaħħaħ u jikkonforta, bit-taħlita restawrattiva tal-imħabba. Iżda f’kull żmien neħtieġu dixxiplina. Biha niggvernaw u naħkmu ħajjitna, biex hekk ir-ruħ ikollha r-risq u tkun b’saħħitha. 

Hu l-obbligu tagħna illi nużaw il-mezzi tal-grazzja, speċjalment it-talb u l-qari meditattiv tal-Iskrittura. Meta nittraskurawhom inkunu qed inwarrbu lil min ippreskriviehom. Insofru telfa u nġarrbu ħsara għar-ruħ. Bħalma l-fidi torbot ir-ruħ ma’ Ġesù bl-irbit ħelu tal-imħabba, hekk tipproduċi konformità miegħu fil-qalb u l-ħajja. 

Hekk kif l-Ispirtu jagħni r-ruħ bi grazzji prezzjużi, insibuhom akkumpanjati bl-influwenza tiegħu li tittrasformana. Dejjem jidderiġina għall-Kelma ispirata minnu, biex inkunu mgħallma nevitaw kulma hu kuntrarju għalih. Tħarriġna biex nipprattikaw dawk id-doveri li għandhom tendenza jsaħħu r-ruħ ħalli tippersevera fil-verità u l-qdusija. 

Jekk ma noqogħdux attenti ninġarru fit-tgawdija inordinata tal-ġid transitorju. Inkunu qed nagħmlu lilna nfusna indisposti għall-interessi spiritwali. Dan jeħodha kontra l-ħajja tal-fidi, jinterrompi l-komunjoni ħelwa mal-Missier, imewwet il-qalb għax-xirka qaddisa ma’ Ġesù, u jopponi l-konsolazzjoni tal-Ispirtu mbierek. Imbagħad ir-ruħ tibda ssib lilha nfisha bla ħajra jew aptit quddiem it-tron tal-grazzja. 

Għaldaqstant ir-ruħ hi msejħa biex tikkonsidra kemm hu qasir iż-żmien! U kemm hi qribna l-eternità! L-Imħallef jinsab mal-bieb. Kulma jeżisti wasal biex jintemm. Se jkun hemm smewwiet ġodda u art ġdida, li fihom tgħammar biss il-ġustizzja. 

Talba: “Fid-dawl tat-tama żgura li ħawwilt fina, Mulej twajjeb, għinna biex nikkomportaw ruħna lebsin l-abjad, dejjem lesti għall-wasla tal-Għarus, biex isejħilna għall-bankett tiegħu. Żommna fuq l-allert waqt li nħaddmu t-talent jew talenti fdati f’idejna, biex inroddulek lura daqstant ieħor.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Solitudni

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: waqt biex titwieled u waqt biex tmut; waqt li tħawwel u waqt li taqla’ l-imħawwel; waqt li toqtol u waqt li tfejjaq; waqt li tibki u waqt li tidħaq; waqt li tagħmel il-vistu u waqt li tiżfen; waqt li tarmi l-ġebel u waqt li tgeddes il-ġebel; waqt li titgħannaq u waqt li titbiegħed mit-tgħanniq; waqt li tfittex u waqt li titlef; waqt li terfa’ u waqt li tarmi; waqt li tqatta’ u waqt li tħit; waqt li tiskot u waqt li titkellem; waqt li tħobb u waqt li tobgħod; waqt ta’ gwerra u waqt ta’ sliem” (Ekkleżjażti 3:1-8). Is-solitudni, bħal-lupi bir-ragħwa f’ħalqu, tissajja fid-dellijiet tal-avversità, lesta biex taqbeż fuqi. Jgħidu fjakkola mkebbsa tgerrex lil-lupu u ma jersaqx lejk. Jheddek, imma jibqa’ distakkat. Il-fjakkola hi biss il-komunjoni li nista’ mmantni kostantement, bla interruzzjoni, mal-Missier. Imma rrid inżommha f’idi, mhux nitlaqa’ quddiem l-għarix. U nieħu ħsiebha, mhux nittraskuraha.  Inġerragħ is...