Skip to main content

Dur, u Tgħix

“Qalilhom, ‘Dan hu kliemi li għidtilkom meta kont għadni magħkom, illi kien jeħtieġ jitwettaq kulma hu miktub dwari fil-Liġi ta’ Mosè, fil-Profeti u s-Salmi.’ Imbagħad fetħilhom moħħhom biex jifhmu l-Iskritturi. ‘Hekk hu miktub,’ qalilhom, ‘li l-Messija kellu jbati u jerġa’ jqum mill-imwiet fit-tielet jum, u l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tkun pritkata f’ismu lill-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm. Intom xhieda ta’ dawn il-ħwejjeġ’” (Luqa 24:44-48).

Dan hu l-metodu t’Alla biex isalva l-midinbin b’Ibnu Ġesù. Kull min jaf kemm hu prezzjuż Ġesù, u għandu stima għolja tal-glorja t’Alla, u mħabba sinċiera għal erwieħ immortali, jieħu ħsieb illi fl-evanġeliżmu tiegħu jaċċentwa l-indiema. Bl-indiema nduru lejn il-Mulej, sogħbiena għal ħtijietna, iżda konfidenti illi mingħandu se nsibu ħniena. L-indiema tmur id f’id mal-fidi. Il-fidi hi niedma, u l-indiema hi fiduċjuża. 

L-indiema evanġelika tnixxi minn għajn li issa saret tara, widna li issa saret tisma’, u qalb li issa tifhem u tirrispondi għall-Mulej u l-bontà tiegħu. L-indiema fl-inġiba u l-atteġġjament tagħna hi evidenza qawwija ta’ fidi ġenwina. Biha nintebħu bix-xeħta midinba fina, u bl-effetti negattivi tad-dnub. 

Minħabba f’hekk Kristu kellu jingħata l-mewt, bħala tpattija għall-ħażen ta’ niesu. Bl-indiema nisimgħu s-saħtiet u l-kundanna tal-liġi kontra l-midinbin, ir-ragħad u minaċċji tagħha fil-kuxjenza. Biha nagħrfu illi xejn ħlief id-demm tal-Ħaruf ma jista’ jpatti għall-ħtijiet. Biha nirrealizzaw illi il-Qaddis t’Alla biss seta’ jwettaq id-domandi ta’ liġi perfetta. Allura hu biss seta’ jkun is-sostitut għall-midinbin. Sofra minflokhom; ħa posthom fuq is-salib, biex huma jinħelsu. 

Dan jumilja lir-ruħ, iqaċċat tamiet foloz, u jbaxxihom quddiem il-Mulej. 

Talba: “Ġesù tiegħi, ruħi hi konvinta u milquta. Kont taħt is-saħta minħabba li ksirt il-liġi qaddisa tiegħek; kont espost għall-korla divina; kien jixraqli biss il-pwieni tal-Infern. Iżda int wassaltni biex nixgħer u nagħli, bla tama fija nnifsi. Ftaħtli widnejja biex nisimgħek; tajtni l-abbiltà nirrispondi għall-istedina grazzjuża tiegħek, o Tabib ta’ ruħi. U issa li dort lejk għall-isperanza u l-fidwa, kompli kkurani. Żommni sottomess lejk. Id-dnub jeqridni; int issalvani. Il-ħażen itemmni; int tgħajjixni. Jekk mhux int, nintilef.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...