Skip to main content

Wegħdi fiż-Żgur

“U Ġakobb qal, ‘O Alla ta’ missieri Abraħam, u Alla ta’ missieri Iżakk, il-Mulej li għidtli, “Erġa’ mur f’artek, u għand qrabatek, u jien nagħmillek il-ġid,” jien ma jistħoqqlix l-iżgħar ħniena tiegħek u s-sewwa tiegħek li inti għamilt mal-qaddej tiegħek, għax bl-għasluġ tiegħi għaddejt dal-Ġordan, u issa sirt żewġ qasmiet. Eħlisni, nitolbok, minn id ħija, minn id Għesaw, għax nibża’ minnu, li ma jiġix u joqtolni, l-omm mal-ulied. U int għidtli: “Żgur li nagħmillek il-ġid, u nagħmel nislek bħar-ramel tal-baħar, li ma jistax jingħadd bil-kotra’” (Ġenesi 32:9-12). 

Dan hu metodu eċċellenti kif naqilgħu l-petizzjonijiet tagħna mingħand il-Mulej. Nistgħu bl-umiltà “nfakkruh” x’qal. Alla fidil tagħna qatt mhu se jsodd widnejh għal kliemu stess. Mhux se jħalli kliemu mingħajr ma jwettqu. Madankollu jħobb li niesu jitolbuh, u bħal speċi jfakkruh dwar il-wegħda tiegħu. Dan iservi biex jiffriska l-memorja tagħhom, jistejqru fil-fidi, jiġġeddu fit-tama tagħhom u jesperjenzawh bħala Missierhom fidil, li jżomm il-patt magħhom.

Alla ta kelmtu, mhux minħabba fih, iżda minħabba fina. L-għanijiet tiegħu huma fissi u deċiżi; m’għandu bżonn xejn x’jorbtu mal-ħsieb tiegħu li jagħmel il-ġid, saħansitra ġid etern, lil niesu. Frattant jagħti l-wegħda biex aħna nissaħħu u nitfarrġu. Għaldaqstant jixtieqna nikkwotaw kliemu, u ngħidulu, “Hekk għidt int.”

“Żgur li nagħmillek il-ġid” hi propjament il-qalba ta’ kulma qalilna l-Mulej fil-grazzja tiegħu. Poġġi enfasi speċjali fuq “Żgur.” Jagħmlilna l-ġid, ġid veru, ġid dejjiemi, ġid biss, kull ġid. Fuq kollox, mhux biss jagħtina t-tajjeb imma jagħmel lilna tajbin. Bla dubju dan hu t-tajjeb fl-ogħla grad tiegħu. Jittrattana bħala l-qaddisin tiegħu li qed jifformahom u jagħġinhom, u dan għall-ġid etern tagħna. 

Dalwaqt jeħodna biex inkunu ma’ Ibnu Ġesù u l-magħżulin kollha tiegħu. Dil-qagħda tkun il-gwadann u barka suprema tagħna. B’dil-wegħda li sseddaq ’l qlubna m’għandniex għalfejn nitbeżżgħu minn Għeżew irrabjat, u lanqas minn ħaddieħor. 

Talba: “Missierna, ladarba ġġustifikajtna bid-demm ta’ Ibnek, min jista’ jikkundannana? Jekk wegħidtna li tagħmlilna l-ġid, min jista’ jagħmlilna d-deni? Mela agħtina l-perseveranza biex nibqgħu b’ħarsitna merfugħa lejk filwaqt li nistennew mingħandek grazzja kontra grazzja. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

O Alla, Inqimek u Nadurak

“Għaldaqstant, neħħu kull ħmieġ morali u ħażen tant prevalenti, u bil-manswetudini ilqgħu l-kelma mħawla fikom, li kapaċi ssalva erwieħkom. Imma siru għammiela tal-kelma, u mhux sempliċement semmiegħa, altrimenti tilludu lilkom infuskom. Għax jekk xi ħadd hu semmiegħ tal-kelma u mhux għammiel, dan donnu raġel li jikkonsidra l-wiċċ naturali tiegħu f’mera: appena ħares lejh innifsu, telaq, u malajr nesa liema speċi ta’ persuna kien. Imma min jittawwal b’attenzjoni fil-liġi perfetta, il-liġi tal-libertà, u jkompli fiha, mhux isir semmiegħ li jinsa iżda jpoġġiha fil-prattika, dan se jkun imbierek f’għemilu” (Ġakbu 1:21-25). Prijorità numru wieħed: nitgħallem insir qejjiem. “Adoro Te.” Hi ċentrali, u kollox suppost jirrivolvi magħha, bħalma l-pjaneti jduru max-xemx. Attwalment mhuwiex hekk. Għad hemm x’wieħed jaqdef. Sakemm nibqgħu naduraw xogħolna b’tant impenn, u naħdmu b’tant serjetà fil-logħob tagħna, il-probabbiltà tkun li nibqgħu nilagħbu fil-qima tagħna. Frattant Alla Tr...