Skip to main content

Fidi Fertili

“Għal din l-istess raġuni, applikaw kull tħabrik biex iżżidu l-virtù mal-fidi tagħkom; u mal-virtù, it-tagħrif; u mat-tagħrif, l-awtokontroll; u mal-awtokontroll, il-perseveranza; u mal-perseveranza, il-pjetà; u mal-pjetà, il-ħbiberija fraterna; u mal-ħbiberija fraterna, l-imħabba. Għax jekk tippossiedu fikom dawn il-kwalitajiet, u dejjem joktru, ma jħallukomx la ineffettivi u lanqas bla frott fit-tagħrif veru ta’ Sidna Ġesù Kristu” (2 Pietru 1:5-8).

Jekk nixtiequ nigglorifikaw lil Sidna billi nipproduċu l-frott, jeħtieġ ikollna ċerti ħwejjeġ fina, għax xejn ma joħroġ minna jekk qabelxejn ma jkunx fina. Jeħtieġ nibdew bil-fidi, li hi l-pedament ta’ kull virtù ieħor. B’diliġenza nżidu magħha l-virtù, tagħrif, kontroll fuqna nfusna, u sabar. Ma’ dawn jeħtieġ ngħaddu ’l quddiem fit-tjieba u l-mħabba fraterna. 

Dawn kollha, marbuta qatta waħda, ċertament iġegħluna nipproduċu għenieqed ta’ qdusija. Ma nkunux iżjed studenti li nitgħallmu fil-għażż, iżda naslu biex nagħmlu u nħaddmu Kelmet Alla fina. Dawn il-ħwejjeġ jeħtieġ mhux biss ikunu fina, iżda għandhom joktru, inkella nisfaw bla frott. Il-frott hu t-tifwir tal-ħajja, u jeħtieġ inkunu mimlija qabel ma nibdew infuru.

Ninnotaw li ħafna Kristjani, għalkemm ikollhom opportunitajiet diversi, qatt ma jirnexxilhom jagħmlu ġid etern fil-konverżjoni tal-erwieħ. Jekk tosservahom mill-qrib tikkonkludi li huma nieqsa minn ċerti grazzji, assolutament essenzjali ħalli wieħed jagħti l-frott. Ħalli dal-passaġġ iservi ta’ tinġiża ġentili għal dawk li qed jipproduċu ftit li xejn, u għalija wkoll.

Talba: “Int Alla ġeneruż, Mulej, u tajtna doni biex bihom nedifikaw lil xulxin. Aktar minn hekk tridna nipproduċu ħafna frott hekk kif aħna nibqgħu fik, f’unjoni u komunjoni bħalma ż-żraġen jibqgħu fid-dielja. Għax bħalma hu r-raġel, hekk hu xogħlu. Irridu nagħmlu aħjar, mela agħmel li nkunu aħjar, f’ġieħ ismek stess. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Solitudni

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: waqt biex titwieled u waqt biex tmut; waqt li tħawwel u waqt li taqla’ l-imħawwel; waqt li toqtol u waqt li tfejjaq; waqt li tibki u waqt li tidħaq; waqt li tagħmel il-vistu u waqt li tiżfen; waqt li tarmi l-ġebel u waqt li tgeddes il-ġebel; waqt li titgħannaq u waqt li titbiegħed mit-tgħanniq; waqt li tfittex u waqt li titlef; waqt li terfa’ u waqt li tarmi; waqt li tqatta’ u waqt li tħit; waqt li tiskot u waqt li titkellem; waqt li tħobb u waqt li tobgħod; waqt ta’ gwerra u waqt ta’ sliem” (Ekkleżjażti 3:1-8). Is-solitudni, bħal-lupi bir-ragħwa f’ħalqu, tissajja fid-dellijiet tal-avversità, lesta biex taqbeż fuqi. Jgħidu fjakkola mkebbsa tgerrex lil-lupu u ma jersaqx lejk. Jheddek, imma jibqa’ distakkat. Il-fjakkola hi biss il-komunjoni li nista’ mmantni kostantement, bla interruzzjoni, mal-Missier. Imma rrid inżommha f’idi, mhux nitlaqa’ quddiem l-għarix. U nieħu ħsiebha, mhux nittraskuraha.  Inġerragħ is...