Skip to main content

Rabja Ġusta u Rabja Inġusta

“Għaldaqstant, billi tneħħu l-falsità, tkellmu l-verità, kull wieħed minnkom, mal-proxxmu tiegħu, għax aħna membri ta’ xulxin. Irrabjaw u frattant tidinbux. Tħallux ix-xemx tgħarrab fuq il-korla tagħkom, lanqas tagħtu opportunità lix-xitan. Ħalli min seraq ma jisraqx iżjed, imma aktarx għandu jitħabat, billi jaħdem onestament b’idejh stess, sabiex ikollu x’jaqsam ma’ min hu fil-bżonn. Ħa ma tipproċiedi l-ebda kelma mħassra minn fommkom, iżda biss kwalunkwe kelma tajba għall-edifikazzjoni ta’ ħaddieħor, skont kif tirrekjiedi l-okkażżjoni, sabiex tagħti grazzja ’l dawk li jisimgħuha.” (Efesin 4:25-29).

Matthew Henry jirrakkonta dwar koppja miżżewġa: kemm ir-raġel kif ukoll il-mara kellhom temprament sħun, imma kienu jingwalawha flimkien. Kif? Billi osservaw regola sempliċi – ma jirrabjawx it-tnejn fl-istess ħin. 

F’disgħa u disgħin punt disgħa fil-mija tal-każijiet, hu dmirna nwarrbu l-korla u kwalunkwe espressjoni ta’ rabja fina. Ir-raġel mgħaddab, bħaż-żewġ dixxipli rashom sħuna li riedu jsejħu n-nar mis-sema, jappunta lilu nnifsu bħala l-imħallef, u ’l Alla jixtieq idawru fil-bojja tiegħu. 

Mhux diffiċli nifhmu illi t-tali dispożizzjoni tiskwalifikana mis-servizz, għax min hu sikran bil-passjoni mhux kapaċi għall-azzjoni. Id-dixxiplu ma jistax jogħġob lil Alla u jillitika mal-proxxmu fl-istess ħin. Fallimenti qosra sikwit jiswewlna għali twil u nikkieti. Plutarku jgħid li l-lamentazzjoni hi l-unika mużiċista li dejjem, bħall-kokka, tintnasab fuq il-bejt ta’ raġel irrabjat. 

Allura qatt m’għandna raġun nirrabjaw? F’sitwazzjoni waħda biss. Min irid jagħdab, bla ma jidneb, irid ikun mgħaddab biss minħabba d-dnub. Hekk nistgħu nirrealizzaw illi l-għadab m’għandux ikun meqrud, iżda santifikat. B’kontroll strett jista’ jservina ta’ enerġija neċessarja biex nieħdu inizjattiva u azzjoni xierqa. 

Meta Sokrate nqabad f’emozzjoni ta’ korla kontra wieħed skjav, qallu, “Kieku ma kontx irrabjat, insawtek.” 

Dwar Ġulju Ċesri jingħad illi meta kien ikun provokat, kellu ħabta jirrepeti l-alfabett Ruman qabel ma jippermetti lilu nnifsu jlissen kelma waħda. 

Talba: “Missier, sawwarna u fformana f’nies illi tabilħaqq nirriflettu l-ġmiel u l-eċċellenza ta’ Ibnek Ġesù. Ħa nkunu dejjem pronti biex nisimgħu b’attenzjoni, filli nagħtu ġieħ lil xulxin. Fl-istess ħin inkunu wkoll dewwiema biex nitkellmu u kajmana wkoll biex nirrabjaw, għax ir-rabja umana ma tipproduċix il-frott mixtieq minna. Aħdem fina bil-grazzja. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...