Skip to main content

Kristu Mill-Bidu Sat-Tmiem

“Min għandu jdejh indaf u qalbu safja; min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, u lanqas jaħlef bil-qerq – bniedem bħal dan ikollu l-barka tal-Mulej, u l-ħaqq minn Alla tas-salvazzjoni tiegħu. Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh, li jfittxu lil wiċċek, o Alla ta’ Ġakobb. Erfgħu rjuskom, o bwieb, u intom, bwieb eterni intrefgħu, ħalli s-Sultan tal-glorja jidħol. Min hu dan is-Sultan tal-glorja? Hu l-Mulej qawwi u setgħan, il-Mulej qawwi fit-taqbida” (Salmi 24:4-8).

Hemm avvenimenti kbar u dehriet meraviljużi jistennew lill-qaddisin, fosthom ir-ritorn glorjuż ta’ Kristu fil-konsummazzjoni taż-żminijiet. Il-ġudizzju jippreżenta spettaklu grandjuż fejn il-mifdija nfushom se jkun involuti. Għad ikun hemm smewwiet ġodda u art ġdida, li fihom tgħammar permanentement il-ġustizzja.

S’issa għarafna lil Kristu f’kondizzjoni baxxa. Iżda l-istess dudu insinifikanti ta’ Salm 22 huwa s-sultan glorjuż f’Salm 24. Kultant il-glorja tiegħu xpakkat: fuq il-Ħermon, meta kien trasfigurat; fil-mirakli tiegħu; fil-qawmien wara tlett ijiem; fit-tlugħ fis-sema. Dawk li afdaw fih kontinwament josservaw bi tpaxxija s-sebħ divin tiegħu. 

Fejn hu Kristu, milqugħ u inkurunat, għad inkunu aħna li nafdaw fih. Għall-maħturin tiegħu ma talab ebda ħaġa aktar imbierka milli nkunu miegħu u naraw il-glorja tiegħu. Persuna daqshekk glorjuża jixraqlu li jkun Sultan, anzi, Sultan tas-slaten u Sid is-sidien. Hu l-Mulej ta’ kollox, Alla suprem u sovran fuq kulħadd, is-sultan tal-eżerċti. Hekk irridu nistqarruh u hekk nithennew fih. 

Salm 24:7-10 jippreżentalna ritratt tal-Messija, is-sors u l-oriġinatur tas-salvazzjoni u l-qdusija kollha tagħna, il-Mulej li kkonkwista lix-xitan u nnullifika l-opri ħżiena tiegħu. Faraġ ineffabbli u ferħ estrem hu mogħti lill-fidili fl-iskema tal-fidwa! Is-saħħa tas-salvazzjoni tagħna tikkonsisti f’dan: il-Feddej u l-Interċessur tagħna huwa l-Mulej tal-eżerċti. Kull xogħol ieħor għad jisfaxxa; l-opra tal-fidwa tiegħu tibqa’ għall-eternità.

Talba: “M’għadniex li konna, Mulej, iżda ċertament għadna ma wasalniex. O li żżidna u tkattrilna l-imħabba reċiproka, ħalli hekk qlubna jkunu ankrati bla ħtija fil-qdusija quddiemek, Missier, fl-avvent glorjuż tas-Sid Ġesù mal-qaddisin tiegħu. Żommilna ħarsitna ’l fuq, b’mistennija konfidenti. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...