Skip to main content

Salvazzjoni Għall-Familja

“Il-kalzrier issupplika għad-dwal, ħebb ’il ġew, u billi safa mriegħed, inxteħet quddiem Pawlu u Sila. Imbagħad ħariġhom barra u staqsa, ‘Sinjuri, x’jeħtieġli nagħmel biex inkun salvat?’ Huma wieġbu, ‘Emmen fis-Sid Ġesù, u tkun salvat, int u darek.’ Imbagħad kellmuh kelmet is-Sid, ma’ dawk kollha f’daru. Il-kalzrier ħadhom f’dik is-siegħa tal-lejl u ħaslilhom il-feriti, u mbagħad tgħammed immedjatament, hu u l-familja kollha tiegħu. Tellagħhom sad-dar u qiegħed l-ikel quddiemhom fuq il-mejda, u eżulta ma’ daru kollha talli emmen f’Alla” (Atti 16:29-34).

Dan l-evanġelju, għal raġel bi stallett ma’ griżmejh, huwa l-evanġelju għalija. Ikun jgħodd għalija kieku kont qed immut, u huwa dak kollu li għandi bżonn kemm indum ħaj. Inħares lil hinn minni nnifsi, nabbanduna d-dnub, nagħti dahri għal kull idea ta’ mertu personali, u nafda fil-Mulej Ġesù bħala s-Salvatur li Alla ta. Hu Salvatur adegwat għal kull min jirrikorri għandu, sew jekk hu għani jew fqir, mara jew raġel, iswed jew abjad. 

Nemmen fi Kristu, nistrieħ fuqu, naċċettah biex ikun għalija kollox f’kollox. Jien salvat, u nkun salvat tul l-eternità, għax nemmen f’Ġesù Kristu. Fih nafda, u fuqu nistrieħ. Imbierek l-isem ta’ Ġesù! “Hi se tiled iben, u int issejjaħ ismu Ġesù, għax hu se jsalva ’ll-poplu tiegħu minn dnubiethom” (Mattew 1:21). Hu l-oħla fost għaxart elef. Ħa nagħti prova kuljum, mela, li jien salvat mill-egoiżmu, u mill-korruzzjoni tad-dinja, u minn kull speċi ta ħażen.

“Emmen fis-Sid Ġesù, u tkun salvat, int u darek.” Inkwantu dawn l-aħħar kelmiet dwar “dari,” ma jaqbillix naħrab b’nofs wegħda, meta ngħatatli wegħda sħiħa. Allura messni nkun ilħiħ biex nara l-familja kollha tiegħi salvata, tgawdi l-maħfra u ħajja ta’ hena u barka mal-Mulej. 

Talba: “Nitolbok bil-ħeġġa, ja Sidi, salva l-familja kollha tiegħi. Salva l-eqreb u l-egħżeż tiegħi. Ikkonverti ’l uliedi, u wlied uliedi. Kun grazzjuż ma’ qrabati, u dawk kollha li jgħammru taħt is-saqaf tiegħi, jew jaħdmu għalija jew miegħi. Int tagħmel dil-wegħda għalija personalment ladarba nafda fik; nitolbok tagħmel preċiżament kif għidt. Kuljum insemmilek l-ismijiet ta’ ħuti subien u bniet, il-ġenituri tiegħi, it-tfal, il-ħbieb, il-qraba. Ma nagħtik ebda mistrieħ qabel kelmtek tkun imwettqa għalija. F’isem Ġesù. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...