Skip to main content

Għajn ta' Ilma Ġieri


“Isimgħu kelmet il-Mulej, o dar Ġakobb u l-familji kollha ta’ dar Iżrael: hekk jgħid il-Mulej, ‘X’ħażen sabu fija missirijietkom, biex tbiegħdu minni, u marru wara l-frugħa, u saru frugħa? U lanqas qalu, “Fejn hu l-Mulej li tellagħna mill-art tal-Eġittu, li mexxiena fid-deżert, f’art xagħrija u kollha ħofor, f’art niexfa u ta’ dell il-mewt, f’art li ħadd ma jgħaddi minnha, u fejn l-ebda bniedem ma jgħammar?” U ġibtkom f’art kollha frott, biex tieklu l-frott tagħha, u l-ħwejjeġ tajbin tagħha; iżda meta dħaltu, intom niġġistu arti, u wirti għamiltuh moqżież...‘Stagħġbu, o smewwiet, b’dan, u twerwru għall-aħħar, u tnikktu wisq,’ jgħid il-Mulej. ‘Għax il-poplu tiegħi għamel żewġ ħtijiet: telqu lili, għajn ta’ ilma ġieri, u ħaffru għalihom bjar, bjar imxaqqin li ma jżommux ilma” (Ġeremija 2:4-7,12-13).

Kull fejn Alla jibni l-knisja ix-xitan jibni kappella. Hu qarrieq: bħala kupjatur u imitatur, bil-finijiet perversi tiegħu, ix-xitan ma tistax tittratta miegħu. Kulma tikkomprometti miegħu titilfu. Agħar minn hekk: jekk tagħtih sebgħek, jeħodlok idek; anzi, ġismek u ruħek miegħu. 

Il-Kristjaneżmu modern hawnhekk żvijja. Iddigressa milli jżomm sħiħ mar-Ras, il-fokus ċentrali tiegħu. Minflok intilef fi tfittxija insensata għal kulma hu prammatiku. Dak li hu effettiv u prattika nħaddnuh, jgħidulek, hu x’inhu; u dak li ma jħallix riżultati immedjati, avolja tajjeb fih innifsu, m’għandniex x’nambuh.

Ħajjitna saret interpretata mill-perspettiva tagħna nfusna flok mill-perspettiva t'Alla. Iffissajna fuqna nfusna, flok ninsabu konċentrati fuq Alla. Minflok l-għarfien u l-qima ta’ Alla veru, partatna l-wirt u l-primoġenitura tagħna għal bieqja minestra rħisa, kumdità ta’ mument wieħed. Irriduna nħossuna tajjeb – issa stess! Insolvu kwalunkwe problemi, intertqu kull ostaklu, inwieġbu kull mistoqsija, niksbu suċċess – illum qabel għada! Bħala l-għan ta’ kull eżistenza, issostitwejna t-tpaxxija umana għall-glorja divina. Qed nirrepetu l-istess reat tal-Lhud fl-antik: flok nixorbu mill-għajn ta’ ilma ġieri, qed inħaffru bjar imxaqqin għalina nfusna, li ma jistgħux jaqtgħulna l-għatx spiritwali tagħna.

Li nafdaw fi Kristu u nobduh, nerġgħu nduru u nsiru bħat-tfal żgħar, niċħdu lilna nfusna u nerfgħu s-salib, nindmu u nservu lil Alla bl-umiltà – dawn illum jinstemgħu suġġerimenti irrelevanti, jekk mhux puwerili wkoll. Qed nippreferu d-dikjarazzjonijiet tal-psikologi u l-esperti mondani, milli nagħtu kas lil Alla li kellimna bil-profeti u l-appostli, li żarna f’Ibnu stess! Gradwajna lilna nfusna għal livell ogħla, jidhrilna; sirna sofistikati, inħobbu nikkonvinċu lilna nfusna. Attwalment ikkommettejna apostasija. 

Minn dan il-lat, kull Kristjan imissu jkun konservattiv u radikali simultanjament: konservattiv filli nippriżervaw il-fidi intatta, u radikali filli napplikawha. Għax il-fidi mhix biċċa armatura medjevali, kollha disinji u indurata, imdendla mal-ħajt, jew tinxtedd biss f’okkażżjonijiet statali. Aktarx, hi libsa għad-dar, għall-post tax-xogħol, għall-ħanut, għat-triq. Hi fardal ta’ qadi, qadi f’isem is-Sid tas-sidien.

Talba: “Alla ħanin, Missierna, tħalliniex inpartuk mal-frugħa u l-interessi tas-soċjetà jew tagħna nfusna. Skansana mill-formaliżmu reliġjuż, mill-ipokresija morali, minn fidi għażżiena. Qanqal fina spirtu ta’ ndiema biex nirritornaw għandek. Kebbes fina qlub biex jagħtuk qima fl-Ispirtu u skont is-sewwa. Nitolbuk dan f’isem Ġesù, il-Feddej tagħna. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Id-Drawwa

“Ġesù rritorna fis-setgħa tal-Ispirtu fil-Galilija, u r-rapport dwaru infirex mal-inħawi kollha. Hu għallem fis-sinagogi tagħhom, imfaħħar minn kulħadd. Mar f’Nażaret, fejn trabba, u skont id-drawwa tiegħu mar fis-sinagoga f’jum is-Sibt. U qam biex jaqra Tnewwillu l-iskroll tal-profeta Isaija. Fetaħ l-iskroll u sab il-post fejn kien hemm miktub: ‘L-Ispirtu tas-Sid fuqi għax unzjonani ħalli nxandar l-evanġelju lill-foqra. Bagħatni nipproklama l-liberazzjoni lill-ikkaptivati, u dawl mill-ġdid lill-għomja, nibgħat illiberati lill-oppressati, nipproklama s-sena favorevoli tas-Sid.’ Imbagħad gerbeb l-iskroll, raddu lill-attendent u ntnasab bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu ssommati fuqu, u beda billi qalilhom, “Illum twettqet din l-Iskrittura li għadkom kemm smajtu’” (Luqa 4:14-21).  Hu sinifikanti ħafna kif hawn jingħad illi Ġesù attenda l-qima fis-sinagoga “skont id-drawwa tiegħu.”  Id-drawwa, imħaddma tajjeb u bil-għaqal, fiha valur imprezzabbli. Issirilna t-tien

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis

Rebbieħa Ma' Kristu

“Madankollu għandi naqra ħwejjeġ kontra tiegħek: għandek hemmhekk nies li jżommu mat-tagħlim ta’ Balgħam, li għallem lil Balak biex jitfa’ ostaklu quddiem ulied Iżrael, ħalli jieklu ikel sagrifikat lill-idoli, u jiffornikaw. Hekk int għandek ukoll lil dawk li bl-istess mod iżommu mat-tagħlim tan-Nikolajtin. Indem mela! Altrimenti se niġi għandek malajr u nikkumbatti kontrihom bix-xabla ta’ fommi. Min għandu widna, ħa jisma’ x’jgħid l-Ispirtu lill-knejjes. Lil min ivinċi nagħtih mill-manna l-moħbija. Nagħtih ukoll ġebla bajda, u fuq il-ġebla isem ġdid miktub li ħadd ma jafu ħlief min jirċeviha” (Rivelazzjoni 2:14-17). Qalb tiegħi, tqanqal biex tippersevera fit-taqbida qaddisa, għax il-premju tar-rebħa hu kbir. Illum nieklu mill-ikel smewwieti li jaqa’ madwar il-kampijiet tagħna, l-ikel li dejjem imantni ’ll-pellegrini fi triqthom lejn il-Kangħan. Iżda hemm merfugħ għalina fi Kristu Ġesù ikel spiritwali wisq ogħla, ikel li għalissa għadu moħbi mill-esperjenza tagħna. Fil-ġarra deh