Skip to main content

Posts

L-Għammiel u Jien

“Tibżgħux minn dawk li joqtlu l-ġisem imma ma jistgħux joqtlu r-ruħ. Aktarx ibżgħu aktarx minn dak li jista’ jeqred kemm ir-ruħ kif ukoll il-ġisem fl-infern. Ewwilla żewġ għammiela ma jinbigħux assarju? Frattant wieħed minnhom ma jaqax mal-art mingħajr il-volontà ta’ Missierkom. Inkwantu intom, saħansitra xagħar raskom hu kollu magħdud. Għalhekk tibżgħux; intom tiswew iżjed minn ħafna għammiela” (Mattew 10:28-31). 
Il-providenza t’Alla sservi l-għan biex tagħti xhieda tiegħu fost il-pagani. L-interess, l-għożża u l-ħarsien patern tiegħu huma kollha sinjali illi jippontaw lejh innifsu. L-intenzjoni f’dit-testimonjanza, jekk xejn, hi biex il-bnedmin, huma min huma, ma jkollhomx skuża. Jilagħbuha taparsi ma jafux lil Alla; difatti jafu bih, imma jippreferu jaduraw u jservu allat oħra skont l-istħajjil u l-invenzjoni tagħhom. Alla l-veru hu qaddis wisq biex nidhru quddiemu maħmuġa bid-dnub; għaldaqstant in-nies taħarbu.
Aspett ieħor inkwantu l-providenza hu dan. Alla, li jagħti l-ħajja f…
Recent posts

Nittajjar Bħall-Ajkla

“Jaqaw ma tafux? Jaqaw ma smajtx, li Alla etern, il-Mulej, il-Ħallieq ta’ truf l-art, la jinkedd u lanqas jgħejja? Għerfu ma jitfissirx. Jagħti s-saħħa lill-għajjien, u lil dawk li m’għandhomx saħħa jżidilhom il-qawwa. Jinkeddu wkoll it-tfal u jgħejjew, u jogħtru ż-żgħażagħ, u jaqgħu għalkollox. Iżda dawk li jittamaw fil-Mulej iġeddu saħħithom; jittajru bil-ġwienaħ bħall-ajkli. Jiġru u ma jgħejjewx; jimixu u ma jinkeddux” (Isaija 40:28-31).
Ja Kristjan, tikkonsultax ir-raġuni debboli u karnali tiegħek bħala finali; ogħla minnha int mogħti r-rivelazzjoni divina. Tikkonsidrax ġismek stess, għax hu mejjet minħabba d-dnub. Ftakar dejjem, però, illi l-ispirtu hu ħajja, minħabba l-ġustizzja mgħoddija fil-kont tiegħek, u minħabba li l-Ispirtu s-Santu qed jopera fik kulma jogħġob lil Alla. 
Għalkemm il-liġi hi dgħajfa minħabba l-inklinazzjoni tagħna lejn il-ħażen, frattant il-grazzja tirrenja fuq qalbna. Bl-evanġelju li ħaddanna ngawdu wegħdi tremendi biex jinkuraġġuna ħalli nimxu kuljum b’t…

Lejn il-Port

“Għax nafu illi jekk it-tinda terrena, li hi darna, hi żarmata, għandna bini mingħand Alla, dar mhix magħmula bl-idejn, eterna fis-smewwiet. Sadattant f’dit-tinda nokorbu, imxennqin biex nitlibbsu bl-abitazzjoni tagħna mis-sema, billi, meta nitlibbsu, ma nkunux misjubin għarwenin. Għax waqt li qegħdin f’dit-tinda, nokorbu għax aħna mtaqqlin, peress li ma nixtiqux ninżgħu, iżda nitlibbsu bl-għamara smewwitija, sabiex il-mortali jinbela’ mill-ħajja” (2 Korintin 5:1-4).
Il-Ġenna għal min jixtieqha. Min-natura tiegħu ħadd ma jixtieqha, għax hi l-għamara ta’ Alla mill-iktar qaddis. Allura l-Missier, b’operazzjoni ineffabbli u misterjuża, inisslilna fina x-xewqa għaliha. Jekk ma nkunux hekk kwalifikati, b’Ibnu l-passaport tagħna, ma ngawduhiex. Ħadd mhu eskluż minn saltnet is-smewwiet ħlief minħabba d-difett uman; imma huwa ħsieb konfortabbli ħafna meta nafu li fl-aħħar mill-aħħar did-dinja hi popolata biex il-Ġenna tkun popolata. 
Mhux biss fil-vjali u l-pjazez, imma anke fl-isqaqien u f…

Ilsien Jaqta' Daqs Xafra

“Fin-niket tiegħi sejjaħt lill-Mulej, u hu semagħni. Eħlisli lil ruħi, o Mulej, minn xofftejn giddieba, u minn ilsien qarrieq. X’se jingħatalek? Jew x’se jiżdiedlek, o lsien qarrieq? Vleġeġ misnunin ta’ gwerrier, bil-ġamar tal-ġummar. Jaħasra għalija, li ngħix barrani f’Mesek, u qiegħed ngħammar fit-tined ta’ Kedar! Ruħi għexet għal żmien twil ma’ dak li jobgħod is-sliem. Jien irrid is-sliem, iżda appena nitkellem, insibhom lesti għall-gwerra” (Salmi 120:1-7).
Hawn hu mleħħen l-appell tal-fidili għar-rilif minn sefsiefa u kalunjaturi, li jinqdew b’ilsienhom biex jagħmlu l-ħsara. Il-knisja t’Alla fuq l-art dejjem kienet bħal għasfur ta’ razza rari; l-isqra u l-avultuni dejjem sennew id-dwiefer kontra tiegħu. Id-dragun għadu jirsisti biex bl-għargħar ta’ fommu jibla’ lill-mara, li għaliha nstab refuġju fid-deżert mill-qilla straordinarja tal-forzi tad-dlam.
Das-salm, mela, hu attraenti qatigħ għal dawk il-fidili li jsibu ruħhom f’sitwazzjoni fejn l-unika riżorsa li fadlilhom hi illi ja…

Għajn ta' Ilma Ġieri

“Isimgħu kelmet il-Mulej, o dar Ġakobb u l-familji kollha ta’ dar Iżrael: hekk jgħid il-Mulej, ‘X’ħażen sabu fija missirijietkom, biex tbiegħdu minni, u marru wara l-frugħa, u saru frugħa? U lanqas qalu, “Fejn hu l-Mulej li tellagħna mill-art tal-Eġittu, li mexxiena fid-deżert, f’art xagħrija u kollha ħofor, f’art niexfa u ta’ dell il-mewt, f’art li ħadd ma jgħaddi minnha, u fejn l-ebda bniedem ma jgħammar?” U ġibtkom f’art kollha frott, biex tieklu l-frott tagħha, u l-ħwejjeġ tajbin tagħha; iżda meta dħaltu, intom niġġistu arti, u wirti għamiltuh moqżież...‘Stagħġbu, o smewwiet, b’dan, u twerwru għall-aħħar, u tnikktu wisq,’ jgħid il-Mulej. ‘Għax il-poplu tiegħi għamel żewġ ħtijiet: telqu lili, għajn ta’ ilma ġieri, u ħaffru għalihom bjar, bjar imxaqqin li ma jżommux ilma” (Ġeremija 2:4-7,12-13).
Kull fejn Alla jibni l-knisja ix-xitan jibni kappella. Hu qarrieq: bħala kupjatur u imitatur, bil-finijiet perversi tiegħu, ix-xitan ma tistax tittratta miegħu. Kulma tikkomprometti miegħu …

Rabja bla Rażan

“Smajtu illi ngħad lill-antiki, ‘Tikkommettix omiċidju,’ u ‘Kull min jikkommetti omiċidju jkun ħaqqu l-ġudizzju.’ Imma jien ngħidilkom, kull min jirrabja ma’ ħuh ikun ħaqqu l-ġudizzju. Jerġa’, kull min jgħid lil ħuh, ‘Raka,’ ikun suġġett għas-Sinedriju; u kull min jgħid, ‘Ja iblah!’ ikun ħaqqu jmur fl-Infern tan-nar” (Mattew 5:21-22).
Ġesù jgħallimna li r-rabja tiddiżonora ’l Alla u tipperikola lil ruħna meta tivventila lilha nfisha f’lingwaġġ ta’ tgħajjir, kliem baxx u irreverenti, jew diskors li jħalli ġrieħi f’qalb min jisimgħu. Meta tisplodi, bħal Vessuvju, aktar se tagħmel ħsara milli ġid. F’dal-każ l-enerġija hi moħlija: hija wżata biex tkisser u ddamdam lil ħaddieħor, flok biex tibnih u ssaħħu. 
Ir-rabja tnikket lill-Ispirtu s-Santu meta tibqa’ mistura fi ħsibijietna, u allura tibda tagħlef element ta’ mibegħda lejn il-proxxmu, jew saħansitra lejn Alla! Din l-espressjoni tal-kollera tixbah lill-qanfud, li jimbaram fih innifsu bħala l-unika difiża tiegħu. L-internalizzazzjoni t…

Minn Dudu għal Farfett!

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu – tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja. Issaportu ’l xulxin u aħfru ’l xulxin, jekk xi ħadd għandu lment kontra ħaddieħor; bħalma appuntu ħafrilkom is-Sid, hekk ukoll agħmlu intom. U fuq dawn il-virtujiet kollha ilbsu l-imħabba, li hi r-rabta tal-armonija perfetta” (Kolossin 3:8-14).
Il-karattru diffiċilment jinbidel, u bil-mod – iżda jinbidel, bil-perseveranza. Għax bħalma ħafna xita therri l-irħam, u ħafna rfis ta’ riġlejn jogħrof u jfannad iċ-ċan…